Left arrow Mur Lura

Ippremjata l-inizzjattiva favur l-intrapriza

pr2268
Date Icon 04/12/2010
“Il-Gvernjinkoraġġixxi u jsaħħaħ l-inizzjattiva ta’ Kunsilli Lokali u entitajiet oħra li jorganizzaw attivitajiet li jgħinu tikber l-intrapriża tagħna.  Permezz ta’ awards  bħal dawn u bosta inċentivi oħra, irridu nibqgħu nibagħtu l-messaġġ li  l-intrapriża tagħna, allura in-negozji żgħar u medji tagħna huma s-sinsla tal-ekonomija.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt li kien qed jippresjedi s-serata tal-Għoti ta’ Premjijiet National Enterprise Support Awards, għal Kunsilli Lokali u entitajiet oħra li fl-aħħar sena wettqu xogħol li jinkoraġġixxi l-intrapriża.
Din is-senal-awards kienu maqsumin f’żewġ kategoriji.  L-ewwel kategorija dik tal-Kunsilli Lokali kienet mirbuħa mil-Mellieħa fl-ewwel post u l-Ħamrun fit-tieni.  Il-kategorija għal entitajiet oħra kienet mirbuħa minn Junior Achievment (Young Enterprise), u fit-tieni post ġew il-Local Council Association.  Fiż-żewġ kategoriji l-ewwel post ħa €30,000 u t-tieni ħa €20,000.
Kien hemm ukoll6 premji oħra ta’ inkoraġġiment ta’ €5,000, għal Kunsilli Lokali li marru għand il-Birgu; l-Għarb; Ħal Qormi; is-Siġġiewi; Wied il-Għajn; u Ħal Għaxaq.
Intant JasonAzzopardi qal li dawn l-awards bħal kull ħaġa ħajja, din is-sena evolvew u kibru. Fit-tieni edizzjoni tagħhom, din is-sena dawn l-awards qed jiġbru fihom spectrum iżjed wiegħsa ta’ inizzjattiva u impenn għall-intrapriża ta’ pajjiżna.
Huwa saħaq liirħula li għandhom 4 jew 5 ħwienet għandhom in-neċessitajiet tagħhom ukoll, għax dawn ukoll jikkontribwixxu għall-kwalita tal-ħajja tal-lokal.  Fl-aħħar mill-aħħar, hija l-komunita kummerċjali kbira jew żgħira ta’ dik il-lokalita, li tagħti ħafna mill-karatteristika tal-ibliet u l-irħula tagħna.
Is-SegretarjuParlamentari kompla li l-impenn ta’ organizazzjonijiet u entitajiet li joħolqu proġetti favur l-intrapriża, huwa xhieda ta’ soċjeta ċivili mill-iżjed attiva, b’sens qawwi ta’ dover lejn is-soċjeta, u ta’ dan ħaqqhom ħajr.
Jason Azzopardifakkar kif fil-Budget għas-sena d-dieħla hemm 33 proposta favur l-SMEs tagħna, maħsuba li jkomplu jsostnu il-klima idejali għal dan il-qasam. Huwa nnota li jumejn ilu għalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika marbut mal-għadd ġdid għan-negozji zgħar.  Ir-rispons ser ikun analizzat fil-jiem li ġejjin.
“Irridu nkompluninkoraġġixxu iżjed entitajiet, Kunsilli Lokali, NGOs, Għaqdiet ta’ kull tip li jkomplu joħorġu b’ideat ġodda u friski li jgħinu lill-intrapriża tagħna.  Aħna ser inkunu hemm, ta’ spalla għal kull min jgħina inkomplu noħolqu iżjed klima li tgħin lill-intrapriża tagħna timraħ” ikkonkluda Jason Azzopardi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow