Ippremjata l-inizzjattiva favur l-intrapriza
pr2268
04/12/2010
| “Il-Gvern | jinkoraġġixxi u jsaħħaħ l-inizzjattiva ta’ Kunsilli Lokali u entitajiet oħra li jorganizzaw attivitajiet li jgħinu tikber l-intrapriża tagħna. Permezz ta’ awards bħal dawn u bosta inċentivi oħra, irridu nibqgħu nibagħtu l-messaġġ li l-intrapriża tagħna, allura in-negozji żgħar u medji tagħna huma s-sinsla tal-ekonomija.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt li kien qed jippresjedi s-serata tal-Għoti ta’ Premjijiet National Enterprise Support Awards, għal Kunsilli Lokali u entitajiet oħra li fl-aħħar sena wettqu xogħol li jinkoraġġixxi l-intrapriża. |
| Din is-sena | l-awards kienu maqsumin f’żewġ kategoriji. L-ewwel kategorija dik tal-Kunsilli Lokali kienet mirbuħa mil-Mellieħa fl-ewwel post u l-Ħamrun fit-tieni. Il-kategorija għal entitajiet oħra kienet mirbuħa minn Junior Achievment (Young Enterprise), u fit-tieni post ġew il-Local Council Association. Fiż-żewġ kategoriji l-ewwel post ħa €30,000 u t-tieni ħa €20,000. |
| Kien hemm ukoll | 6 premji oħra ta’ inkoraġġiment ta’ €5,000, għal Kunsilli Lokali li marru għand il-Birgu; l-Għarb; Ħal Qormi; is-Siġġiewi; Wied il-Għajn; u Ħal Għaxaq. |
| Intant Jason | Azzopardi qal li dawn l-awards bħal kull ħaġa ħajja, din is-sena evolvew u kibru. Fit-tieni edizzjoni tagħhom, din is-sena dawn l-awards qed jiġbru fihom spectrum iżjed wiegħsa ta’ inizzjattiva u impenn għall-intrapriża ta’ pajjiżna. |
| Huwa saħaq li | irħula li għandhom 4 jew 5 ħwienet għandhom in-neċessitajiet tagħhom ukoll, għax dawn ukoll jikkontribwixxu għall-kwalita tal-ħajja tal-lokal. Fl-aħħar mill-aħħar, hija l-komunita kummerċjali kbira jew żgħira ta’ dik il-lokalita, li tagħti ħafna mill-karatteristika tal-ibliet u l-irħula tagħna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari kompla li l-impenn ta’ organizazzjonijiet u entitajiet li joħolqu proġetti favur l-intrapriża, huwa xhieda ta’ soċjeta ċivili mill-iżjed attiva, b’sens qawwi ta’ dover lejn is-soċjeta, u ta’ dan ħaqqhom ħajr. |
| Jason Azzopardi | fakkar kif fil-Budget għas-sena d-dieħla hemm 33 proposta favur l-SMEs tagħna, maħsuba li jkomplu jsostnu il-klima idejali għal dan il-qasam. Huwa nnota li jumejn ilu għalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika marbut mal-għadd ġdid għan-negozji zgħar. Ir-rispons ser ikun analizzat fil-jiem li ġejjin. |
| “Irridu nkomplu | ninkoraġġixxu iżjed entitajiet, Kunsilli Lokali, NGOs, Għaqdiet ta’ kull tip li jkomplu joħorġu b’ideat ġodda u friski li jgħinu lill-intrapriża tagħna. Aħna ser inkunu hemm, ta’ spalla għal kull min jgħina inkomplu noħolqu iżjed klima li tgħin lill-intrapriża tagħna timraħ” ikkonkluda Jason Azzopardi. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003