diskors tal-onor. peter micallef, assistent parlamentari mal-ministru ghas-sahha, anzjani u kura fil-komunita` waqt il-premjazzjoni ta` certifikati lill-impjegati tas-sessjoni tal- emergency ambulance – sptar mater dei – 3 ta’ dicembru 2010
pr2266
04/12/2010
| Illum | se nkomplu nippremjaw it-taħriġ fis-settur tas-Saħħa. Din hija t-tieni sessjoni ta’ premjazzjoni ta’ ċertifikati lis-sewwieqa tal-ambulanzi. |
| Bħalma diġa semma l-Ministru Cassar fl-okkażjoni | tal-ewwel premjazzjoni, il-bżonn li jingħata t-taħriġ kienu ilu jinħass miż-żmien li konna għadna l-Isptar San Luqa fl-2005 meta l-management tal-Isptar applika għal-fondi mill-Unjoni Ewropeja taht l-iskema ta’ ‘European Social Funds’ biex jsir taħrig immirat biex itejjeb il-livell tas-servizz, li s-support staff jagħti lill-klijent tagħna – il-Pazjent - li fuq kollox hu r-raġuni ewlenija għax-xogħol tagħna. Intghazel is-Support Staff, għax verament nemmnu li s-Support Staff hu mportanti daqs kull impjegat ieħor fl-isptar. |
| Il-qadi | tad-dmirijietkhom jirrikjedi responsabbilita’ u dedikazzjoni minħabba li hemm involut dirett saħħet il-pazjent. Il-pazjent jieħu l-ewwel impressjoni tal-Isptar mill-kwalita’ tas-servizz li intom tagħtuh speċjalment meta tkunu qegħdin tassistu l-ekwipaġġ tal-Ambulanza f’postijiet tal-inċident. |
| Għalhekk twaqqaf kumitat biex jorganizza program ta’ | taħriġ bħala parti minn żvilupp professjonali kontinwu biex ntejbu l-kapaċitajiet tagħkom fuq il-post tax-xogħol, b’hekk tkunu iżjed mħarrġa biex tagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-kollegi tagħkom l-infermiera u t-tobba bil-għan li nagħtu l-aqwa kura u servizz lill-pazjent. |
| Dan kien l-ewwel program ta’ taħriġ | li ġie idissinjat biex jaqdi l-funzjonijiet meħtieġa fil-qadi tad-dmirijiet tal-impjegati ġewwa s-sezzjoni tal-Emergency Ambulance. |
| Nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett lil dawk l-impjegati | kollha li pparteċipaw bi ħġarhom waqt dan it-taħrig, lil dawk l-impjegati li taw is-sehem u l-ħin tagħhom max-xogħol li għandhom ta’ kuljum biex jagħtu t-tagħlim neċessarju u b’hekk ikun possibili li jitella’ dan il-kors ta’ taħriġ. Lill-Forzi Armati, Civil Protection, Kummissarju tal-Pulizija, lid-direttorat tar-Riżorsi Umani partikolarment s-sessjoni tat-Taħrig li rrnexxielu jwaqqaf dan il-kors fejn sa issa attendew għalih kwazi mitt persuna li jaħdmu fil-qasam tad-dipartiment tal-Emergency Ambulance. |
| Ir-riċerka li saret mill-kordinatur tal-Qasam tat-Taħriġ | ġewwa l-Isptar Mater Dei wriet li hija x-xewqa tagħkhom l-impjegati li jsir iktar taħriġ fil-futur qarib. Rizultati minn din ir-riċerka wkoll wrew li l-impjegati kollha kienu kuntenti li attendew għat-taħriġ bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-pazjenti fi triqtu lejn l-isptar. Minkejja d-diffikultajiet li intom tiltaqaw magħhom fil-qadi tad-dmirijitkhom minħabba n-natura tax-xogħol wieħed jista iżjed japprezza s-servizz tagħkom meta dan l-istħarrig wera’ li l-impjegati huma kollha kburin b’dan ix-xogħol u li jifformaw parti minn din l-organizazzjoni. |
| F’isem il-poplu Malti minn hawn nirringrazzjakom | tas-servizz siwi tagħkom u minn hawn nieħu l-opportunita’ biex ngħidilkom prosit talli temmejtu dan il-programm ta’ taħrig b’suċċess. |
GRAZZI
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003