Left arrow Go Back

diskors tal-onor. peter micallef, assistent parlamentari mal-ministru ghas-sahha, anzjani u kura fil-komunita` waqt il-premjazzjoni ta` certifikati lill-impjegati tas-sessjoni tal- emergency ambulance – sptar mater dei – 3 ta’ dicembru 2010

pr2266
Date Icon 04/12/2010
Illumse nkomplu nippremjaw it-taħriġ fis-settur tas-Saħħa. Din hija t-tieni sessjoni ta’ premjazzjoni ta’ ċertifikati lis-sewwieqa tal-ambulanzi.
Bħalma diġa semma l-Ministru Cassar fl-okkażjonital-ewwel premjazzjoni, il-bżonn li jingħata t-taħriġ kienu ilu jinħass miż-żmien li konna għadna l-Isptar San Luqa fl-2005 meta l-management tal-Isptar applika  għal-fondi mill-Unjoni Ewropeja taht l-iskema ta’ ‘European Social Funds’ biex jsir taħrig immirat biex itejjeb il-livell  tas-servizz, li s-support staff jagħti lill-klijent tagħna – il-Pazjent - li fuq kollox hu r-raġuni ewlenija għax-xogħol tagħna. Intghazel is-Support Staff, għax verament nemmnu li s-Support Staff hu mportanti daqs kull impjegat ieħor fl-isptar.
Il-qaditad-dmirijietkhom jirrikjedi responsabbilita’ u dedikazzjoni minħabba li hemm involut dirett saħħet il-pazjent.  Il-pazjent jieħu l-ewwel impressjoni tal-Isptar mill-kwalita’ tas-servizz li intom tagħtuh speċjalment meta tkunu qegħdin tassistu l-ekwipaġġ tal-Ambulanza f’postijiet tal-inċident.
Għalhekk twaqqaf kumitat biex jorganizza program ta’taħriġ bħala parti minn żvilupp professjonali kontinwu biex ntejbu l-kapaċitajiet tagħkom fuq il-post tax-xogħol, b’hekk tkunu iżjed mħarrġa biex tagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-kollegi tagħkom l-infermiera u t-tobba bil-għan li nagħtu l-aqwa kura u servizz lill-pazjent.
Dan kien l-ewwel program ta’ taħriġli ġie idissinjat biex jaqdi l-funzjonijiet meħtieġa fil-qadi tad-dmirijiet tal-impjegati ġewwa s-sezzjoni tal-Emergency Ambulance.
Nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett lil dawk l-impjegatikollha li pparteċipaw bi ħġarhom waqt dan it-taħrig, lil dawk l-impjegati li taw is-sehem u l-ħin tagħhom max-xogħol li għandhom ta’ kuljum biex jagħtu t-tagħlim neċessarju u b’hekk ikun possibili li jitella’ dan il-kors ta’ taħriġ.  Lill-Forzi Armati, Civil Protection, Kummissarju tal-Pulizija, lid-direttorat tar-Riżorsi Umani partikolarment s-sessjoni tat-Taħrig li rrnexxielu jwaqqaf dan il-kors fejn sa issa attendew għalih kwazi mitt persuna li jaħdmu fil-qasam tad-dipartiment tal-Emergency Ambulance.
Ir-riċerka li saret mill-kordinatur tal-Qasam tat-Taħriġġewwa l-Isptar Mater Dei wriet li hija x-xewqa tagħkhom l-impjegati li jsir iktar taħriġ fil-futur qarib.  Rizultati minn din ir-riċerka wkoll wrew li l-impjegati kollha kienu kuntenti li attendew għat-taħriġ bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-pazjenti fi triqtu lejn l-isptar.  Minkejja d-diffikultajiet li intom tiltaqaw magħhom fil-qadi tad-dmirijitkhom minħabba n-natura tax-xogħol wieħed jista iżjed japprezza s-servizz tagħkom meta dan l-istħarrig wera’ li l-impjegati huma kollha kburin b’dan ix-xogħol u li jifformaw parti minn din l-organizazzjoni.
F’isem il-poplu Malti minn hawn nirringrazzjakomtas-servizz siwi tagħkom u minn hawn nieħu l-opportunita’ biex ngħidilkom prosit talli temmejtu dan il-programm ta’ taħrig b’suċċess.

GRAZZI

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow