Messaġġ mill-Ministru Dolores Cristina fil-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat
pr2264
04/12/2010
| Eluf ta’ | nisa u rġiel, tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani b’mod regolari jagħtu mill-ħin, l-enerġija, l-ideat u l-impenn tagħhom f’mijiet, jekk mhux eluf, ta’ għaqdiet volontarji li hawn imferrxa mal-pajjiż kollu. |
| Min fuq | livell parrokkjali, lokali, nazzjonali u anke internazzjonali, min f’qasam u min f’ieħor, tibda minn dak tat-tagħlim, kultura, ambjent, diżabilita’, sport, tkompli f’arti, reliġjon u ħafna oqsma oħra, bosta huma impenjati f’ħidma volontarja għall-ġid tal-oħrajn, tal-komunita’ li jgħixu fiha u għall-ġid tal-pajjiż. . |
| Mingħajrkom il-pajjiż ikun fqir. Bikom is-soċjeta’ | tagħna hi sinjura ħafna fis-solidarjeta’, fit-tisħiħ tal-ambjent, fid-dixxiplina, fl-altruiżmu, fl-imħabba lejn il-proxxmu u lejn pajjiżna. |
| Għalhekk, fl-okkażżjoni tal-Jum Internazzjonali | dedikat għall-Volontarjat, irrid insellem lil dawk kollha li b’ħafna sagrifiċċji huma impenjati f’dawn l-għaqdiet u nħeġġeġ lil oħrajn biex jingħaqdu mal-eżerċitu kbir ta’ voluntiera, li b’imħabba u passjoni u għax jemmnu f’dak li huma impenjati fih, jaqdu lill-pajjiż, lill-komunitajiet tagħna u lill-proxxmu tagħhom b’tant dedikazzjoni. |
| Il-gratitudni u r-rikonoxximent tal-Gvern u | tal-poplu Malti kollu kemm hu lejkom nistgħu nuruhom biss billi nibqgħu kommessi li ninkoraġixxu u ngħinu kemm nistgħu fil-ħidma li intom twettqu. |
| Intom | l-aħjar element tas-soċjeta’ ċivili. Il-pajjiz kburi bikom. Komplu aħdmu biex nassiguraw li pajjiżna ikun aħjar milli hu. Komplu aħdmu biex ilkoll flimkien inkunu nistgħu ngħixu f’dinja aħjar u nħallu pajjiż aħjar milli sibnih, lil dawk li jiġu warajna. |
| Grazzi | minn qalbi lis-settur tal-Volontarjat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003