Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU tal-Edukazzjoni, Xoghol u Familja

pr2263
Date Icon 03/12/2010
L-oppożizzjoni trid pensjonijiet staġnati – qed tkunirresponsabbli lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema.  Qed tgħid li ma ndunatx bid-diskussjoni dwar ir-riforma li saret 5 snin ilu
L-oppożizzjonilaburista ma tridx li ż-żgħażagħ u l-ħaddiema li għandhom anqas minn 48 sena jkollhom pensjoni adekwata għall-ħtiġiet tagħhom meta jirtiraw.
Fl-istqarrija tagħha li ħarġet illum,l-Oppożizzjoni reġgħet uriet li trid li l-ammont tal-pensjoni ta’ din il-kategorija tibqa’ staġnata u l-pensjoni tagħhom ma tiżdiedx.   Din hi irresponsabbilita’ grassa min-naħa tal-oppożizzjoni lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema.
L-oppożizzjoni għal darb’oħra qedturi li ma tridx liż-żgħażagħ u l-ħaddiema jkollhom pensjoni tajba meta jirtiraw.  Trid li l-ammont ta’ pensjoni għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema li se jirtiraw mill-anqas 16-il sena oħra jew wara, ikun l-istess daqs l-ammont ta’ pensjoni li jieħdu l-pensjonanti llum.  L-ammont ta’ pensjoni ta’ llum ma jkunx biżżejjed għal min se jirtira 16-il sena oħra u għalhekk 5 snin ilu kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-pensjoni ta’ min għandu 48 sena jew anqas għandha tiżdied.
L-oppożizzjoni la kienet kapaċitagħraf u lanqas hi kapaċi tirrealizza li biex il-ġejjieni taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema ikun aħjar trid tanalizza l-isfidi, tindirizzahom u tieħu azzjoni.  Dan hu li għamel il-Gvern 5 snin ilu meta għamel eżerċizzju wiesgħa ta’ konsultazzjoni dwar l-ewwel fażi tar-riforma fil-pensjonijiet.  Dakinhar kienu saru laqgħat mal-unions tal-ħaddiema, mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u mas-soċjeta’ civili.  L-oppożizzjoni laburista għażlet li tkun assenti minn dak il-proċess ta’ konsultazzjoni għaliex għaliha l-futur taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema hu irrelevanti.  L-aġenda tal-oppożizzjoni kienet li tipprova tfixkel u mhux li tagħti kontribut.
Ir-riforma tal-pensjonijiet daħletf’pajjiżna wara proċess ta’ konsultazzjoni.  Kien eżerċizzju trasparenti li ħa xhur sħaħ ta’ diskussjoni u għexieren ta’ laqgħat ma’ stakeholders differenti.  Id-deċiżjonijiet huma kollha pubbliċi.  Saret ukoll diskussjoni fil-Parlament.  B’mod mill-aktar diżonest l-oppożizzjoni qed tgħid li dawn kienu moħbija, meta fil-fatt dawn ġew diskussi fil-Parlament b’interventi li saru wkoll minn kelliema tal-Oppożizzjoni.
L-ewwel fazi tar-riformatal-pensjonijiet kienet tipprovdi wkoll biex sa tmiem din is-sena jitlesta rapport ta’ aġġornament minn working group indipendenti dwar il-pensjonijiet.  Sa tmiem din is-sena dan ir-rapport ikun tlesta.  Filwaqt li l-Gvern qiegħed fit-tieni fażi, l-oppożizzjoni għadha lanqas irrealizzat bil-proċess li sar 5 snin ilu tar-riforma fil-pensjonijiet.
Filwaqt li sa llum l-ogħla dħul lifuqu titħallas il-bolla biex tiġi kkalkula l-pensjoni hu ta’ €17,175.60; għal dawk li twieldu wara l-1962 din se jiżdied għal €18,400 biex meta jirtiraw jieħdu pensjoni ogħla milli tingħata llum.   Fuq id-differenza titħallas 10% sa massimu ta’ €122.50 fis-sena li tmur għaż-żieda fil-pensjoni.  Għall-persuni li għandhom dħul anqas minn €18,400, l-ammont li jitħallas ikun anqas.
Bir-riforma li qed issir, f’kas ta’mewt, il-persuna li tibqa’ ħajja, tibda tgawdi minn pensjoni massima b’mod immedjat.  L-oppożizzjoni qed teħodha kontra ż-żidiet fil-pensjonijiet tar-romol ukoll.
Fl-istqarrija tagħha l-oppożizzjonigħamlet ukoll żbalji ovvji dwar il-pensjonijiet.  Mhux veru li bir-riforma “l-pensjoni taghhom tigi kkalkulata fuq il-medja tad-dhul taghhom tal-ahhar 10 snin”.  Bir-reviżjoni li saret 5 snin ilu, il-pensjoni tiġi kalkulata fuq l-aħjar 10 snin jew id-dħul fuq medda ta’ 40 sena ta’ kontribuzzjoni.
L-oppożizzjoni qed tkun superfiċjalifl-analiżi tagħha, qed tagħmel argumenti żbaljati, qed turi irresponsabbilita’ lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema u tieħu atteġġjament li ma jinteressahiex mid-dħul li se jkollhom il-pensjonanti ta’ dawk li llum għadhom fuq il-banijiet tal-iskola u fuq il-post tax-xogħol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow