Left arrow Mur Lura

Rispons għall-vjolenza domestika bbażata fuq l-evidenza

pr2262
Date Icon 03/12/2010
Il-Kummissjonidwar il-Vjolenza Domestika organizzat seminar bl-isem ‘An Evidence-Based Response to Domestic Violence’ sabiex tfakkar Jum Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa.  Il-parteċipanti għal dan is-seminar kienu jinkludu professjonisti li jiltaqgħu ma’ nies li jgħaddu minn esperjenzi ta’ vjolenza domestika.
Iċ-Chairpersontal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u Ambaxxatur għas-Sena Ewropea, Ms Joanna Xuereb, waqt li tat merbħa lill-mistiedna u lill-parteċipanti, semmiet il-prioritajiet għall-ġejjieni.
Għal dan is-seminar kienu mistiednakelliema barranin. Ms Hilary Fisher, Direttur ta’ Dying Matters Coalition, tkellmet dwar An Evidence-Based Response to Domestic Violence – The Process in Policy Development, kif ukoll saret preżentazzjoni mibgħuta minn Dr Alexandra Weissenbacher mill-Wave, l-għaqda fl-Awstrija, li ttrattat l-Evidence-based Practices in Cases of Domestic Violence The Austrian Model.
Fil-ftuħ tas-seminar tkellmet ukollDr Marceline Naudi dwar l-oġġettivi tas-seminar u dwar l-istudju ta’ prevalenza dwar il-vjolenza domestika u l-impatt fuq ix-xogħol. Hija wkoll semmiet li l-problema ta’ vjolenza domestika tista’ twassal għall-esperjenza ta’ faqar.
F’dan is-seminar ingħatatinformazzjoni dwar ir-riżultati ta’ studju ta’ prevalenza li sar permezz ta’ fondi mogħtija lill-Kummissjoni għall-proġett FSE 3.43 Dignity for Domestic Violence Survivors. Dan il-proġett, kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew kien jikkonsisti fost l-oħrajn fi studju A Nationwide Research Study on the  Prevalence  of  Domestic Violence Against Women in Malta  and its Impact on their Employment Prospects. L-istħarriġ sar minnM Fsadni & Associates.

Dan l-istudju jagħti stampa ċara tal-problema ta’ vjolenza domestika f’Malta. Permezz ta’ dan l-studju jistgħu jitfasslu aħjar x’servizzi hemm bżonn, kif ukoll l-istrateġija sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-problema ta’ vjolenza domestika f’Malta.

Dan is-seminar hu organizzat ukoll fil-kuntest tas-Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. Is-Sena Ewropea 2010 ilha tissielet biex ikun rikonoxxut id-dritt fundamentali tan-nies li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali ħalli dawn jgħixu b’dinjità. Dawn il-persuni għandu jkollhom parti attiva fis-soċjetà. Is-Sena Ewropea qed tkabbar l-impenn fost il-pubbliku u dawk kollha involuti fis-setturi  privati għal soċjetà iktar inklussiva. Iktar tagħrif dwar il-kampanja EY2010, jinkiseb minn: www.2010againstpoverty.eu

Din is-sena s-seminar ingħalaq mill-Onoroveli Dr Stephen Spiteri, l-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Huwa saħaq fuq l-importanza tar-riċerka fi ħdan dan is-settur. L-Assistent Parlamentari irringrazzja lill-volontiera kollha f’dan il-qasam filwaqt li ħeġġeġ lill-professjonisti kollha li jaħdmu mal-vittmi tal-vjolenza domestika sabiex jikkolaboraw bejniethom biex ikomplu jissaħħu s-servizzi offruti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow