DONAZZJONI MINN ROTARY FL-ARKIVJU NOTARILI
pr2260
03/12/2010
| Is-Segretarju | Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum laqa’ lill-Gvernatur Reġjonali ta’ Rotary, Salvatore Lo Curto fl-Arkivju Notarili fi Triq San Kristofru l-Belt Valletta. L-organizzazzjoni Rotary ħallset għall-bdil tas-sistema tal-elettriku tal-Arkivju Notarili bi spiża ta’ madwar €10,000, bħala parti mill-proġetti li hija twettaq favur il-komunitajiet li topera fihom. Il-proġett sar b’kollaborazzjoni mal-organizzazzjoni volontarja NARC – Notarial Archive Research Council. |
| Filwaqt li | rringrazzja lil Rotary, Jason Azzopardi qal li l-Arkivju Notarili jiġbor fih il-memorja nazzjonali ta’ pajjiżna. Dan għax fid-dokumenti notarili li jmorru lura għas-seklu 15, hemm miktuba l-istorja ta’ pajjiżna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari nnota kif dan l-arkivju huwa importanti mhux biss għal Malta, iżda anke għal pajjiżi bħall-Italja u Spanja, kif ukoll il-potenzi marittimi l-oħra li f’xi mument jew ieħor tal-istorja ħakmu l-pajjiż. L-informazzjoni li teżisti f’dan l-arkivju fuq l-istorja soċjali, politika u legali tul is-sekli, tixħed dawl imprezzabbli fuq il-kostumi u l-użanzi ta’ numru ta’ kulturi apparti dik Maltija. |
| Jason Azzopardi qal | li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jirriabilita dan il-wirt storiku. Huwa nnota kif fin-Notte Bianca li għaddiet, is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet organizza wirja li kienet milqugħa tajjeb ferm mill-pubbliku. F’temp ta’ ftit sigħat, żaru din il-wirja madwar 4,000 persuna, xhieda tal-interess kbir li għandu l-pubbliku għal dan il-wirt. Din il-wirja kienet biss togħma ċkejkna ferm ta’ x’jeżisti fl-arkivju. |
| Intant, il-Gvernatur | Reġjonali Salvatore Lo Curto waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ dalgħodu, wera l-apprezzament tiegħu għall-ħaddiema u l-volontarji li jaħdmu qrib tal-arkivju billi ħabbar għotja addizzjonali mhux mistennija, ta’ €1,000 lill-Arkivju Notarili biex tmur favur iżjed proġetti ta’ fejda. |
| Jason Azzopardi tenna | r-ringrazzjament tiegħu lil Rotary li għamlu din id-donazzjoni. Huwa qal li kull għajnuna li tiġi mingħand organizzazzjonijiet favur il-preservazzjoni tal-wirt storiku Malti hija milqugħa b’idejn miftuħa beraħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003