Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-ISKOLA SEKONDARJA ĠDIDA TAS-SUBIEN FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX – IR-RABAT GĦAWDEX - IL-ĠIMGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU, 2010

pr2257
Date Icon 03/12/2010
Onor Prim Ministru,Onor. Ministru, u kollegi, Mgr Vigarju, Sinjuri Sindki, sinjuri,
L-inawgurazzjoni ta’din l-iskola sekondarja ġdida f’Għawdex se tibqa’ mfakkra bħala ġurnata memorabbli mhux biss għalina hawn preżenti iżda għal bosta ġenerazzjonijiet oħra li għad iridu jgawdu minnha.
L-edukazzjoni hija s-siesli fuqha tinbena soċjetà. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-bini ta’ din l-iskola huwa investiment li mistenni jirrendi fit-tul b’risq is-soċjetà Għawdxija. Aħna nemnu li kull investiment li għamilna u għadna nagħmlu fil-qasam edukattiv f’Għawdex, tagħna u għadu jagħtina riżultati, li nistgħu niftaħru bihom.
Kellna xhieda ta’ danfl-istorja riċenti tal-gżira ta’ Għawdex. Matul l-aħħar snin rajna żieda kontinwa ta’ żgħażagħ Għawdxin li komplew bl-istudji tagħhom wara l-kors ta’ edukazzjoni sekondarja. Dan setgħa jsir għaliex offrejna edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil-livell primarju u sekondarju. Qed noffru wkoll opportunitajiet ġodda li qabel l-istudenti ma kellhomx.
Investejna u qedninvestu ħafna fl-edukazzjoni. Ġew stabiliti kriterji ġodda li poġġew lill-qasam edukattiv fuq quddiem nett tal-aġenda politika.
Emminna fil-ħila u l-potenzjaltar-riżors uman ta’ pajjiżna, tal-istudenti, tal-ħaddiema.
Qed ninvestu fl-edukazzjonifuq livell nazzjonali u anki fuq livell reġjonali f’Għawdex.
Għandna sistemaedukattiva li taħdem fuq il-ħiliet tal-individwu minn età żgħira sa dik aktar matura.
Illum f’Għawdexgħandna skejjel mgħammra u attrezzati bi klassijiet akkoljenti, apparat modern li jinkludi interactive whiteboards u kompjuters f’kull skola. Fl-iskejjel tagħna hawn kompjuter għal kull 6 itfal jew studenti mill-kindergarten sa’ klassijiet aktar avvanzati.
Investejna u għadnaninvestu biex intejbu l-faċilitajiet u nsebbħu l-ambjenti fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex permezz ta’ xogħlijiet ta’ modernizzar u manutenzjoni.
Bdilna aperturi ufaċilitajiet sanitarji, tejjibna swali, klassijiet u kurriduri.
Investejna u għadnaninvestu f’faċilitajiet sportivi li f’ħafna każi qed jintużaw kemm mill-istudenti waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll minn għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ wara l-ħin tal-iskola. Dan jimmassimizza l-potenzjal tal-investiment b’risq is-soċjetà tagħna.
U għaliex qedninvestu qed ikollna r-riżultati:
Illum fiċ-Ċentrugħall-Istudji Ogħla, Sir M. A. Refalo għandna aktar minn 600 żgħażugħ u żgħażugħa.
Illum għandna aktarminn 900 studenti Għawdxin li qed isegwu korsijiet tal- Università ta’ Malta.
Fiċ-ċentri tal-MCASTf’Għawdex għandna 243 student u studenta li qed isegwu korsijiet f’Għawdex stess. L-MCAST f’Għawdex beda fl-2002 b’44 student. Illum żviluppa f’żewġ ċentri li qed joffru korsijiet varji li jħejju liż-żgħażagħ tagħna għall-ħajja tax-xogħol.
Barra dan għandna 173żagħżugħ u żagħżugħa li qed isegwu korsijiet fl-MCAST Malta meta għaxar snin ilu kien hemm biss 5.
Din is-sena 127student qed isegwu korsijiet full-time jew part-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Din hi l-qabżafil-kwalità u l-kwantità li għamilna fil-qasam edukattiv f’Għawdex f’dawn l-aħħar snin. Dan sar bi pjan. Bi ħsieb. B’viżjoni. Bi strateġija.
L-inawgurazzjoni ta’din l-iskola l-ġdida tixhed li ma qgħadniex fuq dak li diġà nkiseb iżda kattarna l-impenn biex inkomplu nsaħħu l-qasam edukattiv f’Għawdex, issa u għall-futur.
Dan għal ġid tat-tfalu żgħażagħ ta’ llum u dawk ta’ għada.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow