DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-ISKOLA SEKONDARJA TAS-SUBIEN FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX, FI TRIQ L-EWROPA, IR-RABAT, GĦAWDEX – IL-ĠIMGĦA, 3 TA’ DIĊEMBRU 2010
pr2256
03/12/2010
| Il-ftuħ ta’ skola | ġdida hija okkażjoni speċjali għall-pajjiż kollu. |
| Hija okkażjoni ta’ | ferħ għall-istudenti u għalikom il-ġenituri. Kull tifel li f’din l-iskola mess u ħadem bl-apparat ġdid li investejna fih żgur ħassu motivat iktar minn qabel biex jipparteċipa bis-sħiħ fil-lezzjonijiet u fl-istudju. Dan b’mod speċjali għal dawk li jkunu esperjenzaw l-iskola l-antika wkoll, bħal fil-każ ta’ Lucian. |
| Hija okkażjoni ta’ | sodisfazzjon kbir għall-għalliema li se jkollhom opportunità aħjar li jwasslu l-għerf tagħhom lill-istudenti. F’idejkom għandkom it-teżori tagħna, il-mimmi ta’ għajnejna – uliedna. L-għalliema, mill-esperjenza tiegħi magħhom, dejjem ifittxu biex jagħtu l-aħjar edukazzjoni lill-istudenti tagħna. Iridu l-aħjar riżorsi u l-aħjar laboratorji. Jien din id-dedikazzjoni nammiraha. |
| Il-ftuħ ta’ skola | ġdida hija wkoll okkażjoni speċjali għal pajjiżna. L-investiment fl-edukazzjoni huwa investiment fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna: it-tfal, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna. |
Din mhix biss teorija. Hija esperjenza li ngħaddi minnha meta niltaqa’ ma’ investituri li jinvestu f’pajjiżna. Waħda mill-aktar affarijiet kruċjali għalihom hi li jsibu ħaddiema mħarrġa, bieżla, flessibbli, kreattivi u li jitkellmu b’lingwi differenti. L-edukazzjoni li noffru f’pajjiżna tindirizza dawn il-ħtiġijiet.
| Qed ninvestu | fil-livelli kollha edukattivi ta’ pajjiżna. Il-Gvern qiegħed jibni skola ġdida kull sena biex ikollna skejjel spazjużi, moderni u attraenti. Qiegħed jattrezza l-iskejjel b’apparat ġdid, modern u effiċjenti. U qiegħed jinvesti aktar flus fil-manutenzjoni u fit-titjib tal-iskejjel tagħna. Dan għall-ġid tal-istudenti. |
| Il-bini ta’ din l-iskola | ġdida f’Għawdex hi milestone u landmark. Irrid nirringrazzja lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada mmexxija minn Ray Fenech, il-General Manager Charles Farrugia u lill-ħaddiema kollha li qed jagħmlu biċċa xogħol eċċellenti. |
| Flimkien mal-investiment | fl-infrastruttura edukattiva, il-Gvern qiegħed jieħu għadd ta’ inizjattivi biex ikompli jgħolli l-livell tal-kwalità u l-istandards fl-edukazzjoni: |
| Illum, minbarra l-għalliema, | Learning Support Assistants u Kindergarten Assistants, l-iskejjel tagħna għandhom aktar resource workers, psikologi, trainee counsellors, trainee career advisors, college counsellors, college career advisors, prefects of discipline, occupational therapists u speech therapists fost oħrajn; |
| Introduċejna | servizzi ta’ appoġġ f’kull Kulleġġ sabiex ngħinu lill-istudenti li jkollhom diffikultajiet fit-tagħlim; |
| Tnieda working | group biex issir reviżjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali, biex dak li jiġi mgħallem fl-iskejjel jiġi aġġornat, u dalwaqt se jinfetaħ proċess ta’ konsultazzjoni dwar dan; |
| Qed tiġi | implimentata strateġija dwar l-e-learning li tinkludi aktar użu ta’ ICT u teknoloġija fl-iskejjel tagħna. B’hekk qed jiġu installati aktar interactive whiteboards u l-għalliema qed jingħataw aktar taħriġ biex jużaw l-ICT aħjar; |
| Tnieda proġett | pilota li permezz tiegħu qed jingħata netbook lil kull tifel u tifla fil-klassijiet tal-Year 3 tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Birkirkara u l-Kulleġġ tal-Knisja St Albert the Great. B’hekk inkomplu ntejbu l-metodi tal-edukazzjoni tat-tfal tagħna; |
| Bdiet ir-riforma | biex il-mixja mill-edukazzjoni primarja għal dik sekondarja ssir mingħajr skossi biex uliedna jirnexxu lkoll; |
| Għamilna riforma | fl-iskejjel speċjali biex illum dawn inbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi; |
| Żidna l-korsijiet | fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji; u |
| Daħħalna aktar | servizzi ta’ customer care u counselling għall-impjegati kollha fl-iskejjel u l-Kulleġġi tagħna. |
Sinjuri,
| Kull skola hi bejta | ta’ enerġija ta’ mijiet ta’ żgħażagħ li lkoll għandhom il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-bini ta’ skola sekondarja hija sinifikattiva għaliex tiffoka fuq wieħed mill-iktar perjodi importanti għall-iżvilupp taż-żgħażagħ. |
| Is-snin | tas-sekondarja huma snin formattivi li jwasslu liż-żgħażagħ biex jagħżlu s-suġġetti li jixtiequ jimirħu fihom. Huma s-snin li fihom tista’ tinbet ix-xewqa ta’ karriera jew tikber ix-xitla ta’ idea li għada tista’ tiġi żviluppata fi prodott, servizz jew intrapriża li tagħti sodisfazzjon lill-individwu. Irridu ngħinu lil uliedna f’dan kollu. |
| U l-istudenti | Għawdxin qegħdin jirrispondu b’deċiżjoni ċara li jkomplu l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja. Aktar studenti qed jistudjaw fis-Sixth Form, fl-MCAST, fl-ITS u fl-Università. U llum f’Għawdex hawn ukoll Campus tal-Università f’Għawdex, żewġ Ċentri tal-MCAST fix-Xewkija u x-Xagħra u Istitut ġdid għall-Istudji Turistiċi l-Qala. |
| Matul din is-sena | akkademika, 920 student Għawdxi u Għawdxija qegħdin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta. Sa għoxrin sena ilu, din iċ-ċifra kienet 189 student. Din is-sena qed jiggradwaw 280 żagħżugħ u żagħżugħa minn Għawdex. 10 snin ilu kien hemm anqas minn nofs - 113. Il-Gvern qed jgħin lill-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta billi jagħtihom għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż relatati mal-istudji tagħhom f’Malta. |
| Dan minbarra li qed | nagħtu stipendju lil aktar minn 18,000 student u studenta li jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet post-sekondarji tal-Gvern, tal-privat u tal-Knisja u fl-Università. |
| Illum qed nagħtu | wkoll l-ischolarships għal min irid ikompli javvanza. F’Lulju li għadda fil-Berġa ta’ Kastilja saret il-preżentazzjoni ta’ scholarships lill-istudenti biex isegwu korsijiet fl-arti. Ħadt gost nitkellem mal-istudenti kollha. Żgħażagħ li jridu joħolqu l-ġdid fil-pittura, il-mużika, id-drama, l-iskultura …… L-istudent li ġie l-ewwel f’dawn l-ischolarships kien propju Għawdxi. Il-potenzjal tal-Għawdxin hu kbir u għalhekk tispjega kif din il-gżira b’popolazzjoni ta’ 30,000 ruħ kapaċi timxi ’l quddiem. |
Sinjuri,
| Is-sistema edukattiva | qed tiġi kkumplimentata minn inizjattivi li joffru spazju biex l-ideat u l-innovazzjoni taż-żgħażagħ jiġu żviluppati f’intrapriżi li jrendu lill-ekonomija u li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. |
| Il-Gvern permezz tal-Malta | Enterprise għadu kemm ħabbar l-iskema Create li se tixpruna t-talent lokali u dik li nsejħulha l-“ekonomija kreattiva” permezz tal-għoti ta’ tax credits sa 60% tal-investiment, sa massimu ta’ €25,000. Permezz ta’ din l-iskema qed nagħtu wkoll aktar appoġġ biex jiġu żviluppati żoni kreattivi madwar Malta u Għawdex. F’Għawdex, per eżempju, qed nimmiraw li noħolqu żoni kreattivi fi Triq l-Arċipriet Saver Cassar, Triq Santa Marija u fi Pjazza Savina. |
| Diversi kumpaniji | Għawdxin diġà qed jagħmlu użu minn skemi tal-Malta Enterprise biex jiżviluppaw il-prodotti tagħhom u jimpjegaw aktar ħaddiema. L-intrapriżi żgħar u medji qed jiġu mħajra jinvestu permezz ta’ għotjiet għal proġetti ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp, użu effettiv tat-teknoloġija tal-informatika u twettiq ta’ proġetti relatati mal-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. 21 kumpanija Għawdxija s’issa bbenefikaw minn dawn l-iskemi li t-twettiq tagħhom se jkun mifrux fuq it-tmintax-il xahar li ġejjin. |
| Qed ngħinu lil min | irid jinvesti għal rasu u lil min irid jidħol f’impjieg. Nemmnu fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tul il-ħajja. Għalhekk anki f’Għawdex permezz tal-ETC qed noffru korsijiet biex il-ħaddiema jibqgħu jiksbu ħiliet ġodda. Barra minn hekk hemm diversi skemi ta’ xogħol. Fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena 196 Għawdxi u Għawdxija gawdew minn skemi tal-ETC biex daħlu f’impjieg. Dawn huma skemi li joffru taħriġ waqt li l-ħaddiema jkunu f’impjieg u jitħallsu. Mis-sena d-dieħla se nkunu qed nagħtu wkoll €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema li għandhom il-paga minima u jagħżlu li jitħarrġu biex javvanzaw fix-xogħol tagħhom. |
Sinjuri,
Mexjin b’direzzjoni. Qed ngħaqqdu flimkien l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-sens ta’ intrapriża, ix-xogħol – ħolqa torbot ma’ oħrajn, biex uliedna jirnexxu lkoll. Biex kull persuna timxi ’l quddiem.
| Iċ-ċelebrazzjoni | tal-lum hija ċelebrazzjoni tal-ottimiżmu u l-enerġija taż-żgħożija. Bl-imħabba u d-dedikazzjoni tal-ġenituri u l-għalliema, u bl-aħjar infrastruttura u riżorsi; l-aspirazzjonijiet ta’ wliedna qed isiru realtà. |
| Qed ninvestu | f’soċjetà b’saħħitha, għaliex l-investiment f’uliedna huwa investiment fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003