STQARRIJA TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI
pr2255
03/12/2010
| Waqt il-laqgħa tal-Kumitat | tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Żvilupp [Committee on Economic Affairs and Development] li ltaqa’ f’Pariġi fid-29 ta’ Novembru 2010, l-Onor Marie Louise Coleiro Preca li hija Membru fid-delegazzjoni parlamentari Maltija għall-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa, għamlet diversi rakkommandazzjonijiet li ġew aċċettati fosthom: |
| 1. Meta | l-Kumitat kien qed jiddiskuti r-rapport dwar l-Ekonomija s-Sewda: theddida għad-demokrazija, l-iżvilupp u r-rule of Law [Underground economy: a threat to democracy, development and the rule of law], l-Onor Coleiro Preca irrakkmandat li r-rapport jinkorpora l-aspett importanti li xogħol li ma jkunx iddikjarat iċaħħad lill-ħaddiema mill-benefiċċju importanti ta’ pensjoni adekwata u xierqa. |
| 2. Fuq | ir-rapport dwar input għal żvilupp lokali: approach innovattiva għal reġjuni milquta minn kriżi [Input for local development: an innovative approach for crisis-stricken regions], l-Onor Coleiro Preca insistiet li dan ir-rapport li jitkellem dwar l-industrija tat-turiżmu bħala mutur ekonomiku u b’potenzjal kbir għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ xogħol, għandu jiddentifika l-kawża tal-fenomenu li qed jinħass fis-settur dwar kundizzjonijiet ħżiena ta’ xogħol u pagi anqas minn setturi oħra, kif ukoll indaġni dwar kif dawn il-fatturi jistgħu jiġu indirizzati biex jinstabu r-rimedji xierqa għall-ħaddiema f’din l-industrija. |
| 3. B’riferenza | għar-rapport dwar aktar nisa fl-istrutturi ekonomiċi, soċjali u tad-deċiżjoni [More women in economic and social decision-making bodies], l-Onorevoli Membru spjegat il-ħtieġa li rapport bħal dan jinkorpora l-fatturi kollha li qed jikkawżaw rata ta’ parteċipazzjoni baxxa min-nisa fis-suq tax-xogħol. Hija tkellmet dwar il-bżonn li dan ir-rapport jindaga aktar fuq l-aspetti kulturali, tradizzjonali u nuqqas ta’ miżuri family-friendly fis-suq tax-xogħol, li jirristrinġu bil-kbir il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Hija semmiet kif filwaqt li f’Malta aktar minn 50% tal-istudenti universitarji huma bniet, xorta waħda r-rata tan-nisa fix-xogħol barra d-dar hija waħda baxxa, minkejja l-għadd ta’ nisa gradwati u professjonali li Malta għandha. Għaldaqstant, l-Onor Coleiro Preca saħqet li ħadd ma jista’ jassumi li r-rata baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol ġejja minħabba l-għadd ta’ nisa mhux kwalifikati. Min-naħa l-oħra lanqas tista’ tassumi li l-gender pay gap tiġi eliminata b’nisa li jkunu kwalifikati biss. Din il-problema, sostniet Marie Louise Coleiro-Preca, tinħtieġ li tkun indirizzata b’mod iffokat fuq is-sitwazzjonijiet varji li jeżistu fil-pajjiżi differenti. |
| Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Onor | Coleiro Preca ġew aċċettati mir-Rapporteurs tad-diversi rapporti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003