Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MiNISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA

pr2253
Date Icon 02/12/2010
Gvern Nazzjonalista dejjem iħares id-drittijiettat-tfal
B’referenza għall-istqarrijatal-Oppozizzjoni Laburista mill-Onor. Justyne Caruana dwar mistoqsija parlamentari dwar it-tfal li qegħdin jistennew biex jidhru quddiem il-Bord tal-istatementing, id-Direttorat tas-Servizzi Edukattiv jixtieq jiċċara li  72% tal-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u assessjati mill-Bord.  Dan ifisser minn total ta’ 2722 applikazzjoni ġew  proċessati u evalwati 1953 applikazzjoni.  Huwa wkoll importanti li ngħidu li fost dawk li qegħdin fuq il-waiting list m’hemmx tfal b’diżabilta jew inkella tfal tal-kindergarten li qed jistennew biex jibdew l-iskola.  Dan għax kull applikazzjoni tiġi evalwati u dawk it-tfal l-aktar fil-bżonn jingħataw prijorita.
Dawn it-tfal li jaf ikollhom xidiffikulta fit-tagħlim, diġa’ qed jingħataw xi għajnuna oħra. Wieħed irid jiftakar ukoll bl-investiment enormi li għamel il-Gvern f’riżorsi umani sabiex joffri appoġġ lill-istudenti fil-bżonn.  Dawn it-tfal li qed jistennew mhux neċessarjament għandhom bżonn Learning Support Assistant, imma jista’ jkun diġa’ qed jibbenefikaw minn numru kbir ta’ servizzi li diġa’ jeżistu fl-iskejjel bħal inclusion coordinators, complementary teachers, literacy teachers, core competencies teachers, trainee counselors, college counselors, trainee psychologists, psychologists, social workers, family worker, social and emotional behavior specialists, inclusive education specialist, occupational therapists, speech therapists, psychotherapists u youth workers.   Għandna wkoll numru ta’ tfal li qed jistennew għax il-ġenituri għadhom qed jipprovdu d-dokumentazzjoni neċessarja biex isir assessjar mill-Bord.
Mhux minnu li tfal jitħallew mingħajrgħajnuna.  L-ewwel u qabel kollox kull student huwa r-responsabilta tal-għalliema.  L-għalliema huma mħarrġa u għandhom riżorsi sabiex jilħqu l-bżonnijiet tat-tfal kollha.  Mhux minnu li t-tfal li mhux statemented mhux integrati fis-sistema edukattivi kif intqal mill-Onor Caruana.  Dawn it-tfal għandhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ u qed jirċievu l-għajnuna kollha possibli.
L-Onor Caruana tajjeb li tkun taf lifil-qasam tad-diżabilta dan il-Gvern għandu rekord li jimplimenta b’pass mgħaġġel u t-tkaxkir tas-saqajn mhux stil tiegħu.  Il-Ministeru jistieden lill-Onor. Caruana biex tagħmel żjara fiċ-Ċentri tar-Riżorsi u fid-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi biex tara x-xogħol fejjiedi li għaddej.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow