Left arrow Mur Lura

GĦOTJA TA’ €50,000 GĦAL KULL PROĠETT MARBUT MA’ EKO-GĦAWDEX, IMWETTAQ MINN ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI U GĦAQDIET VOLONTARJI GĦAWDXIN

pr2250
Date Icon 02/12/2010
Il-Ministeru għalGħawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-programm eko-Għawdex, imwettqa minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) u għaqdiet volontarji Għawdxin. Permezz ta’ din l-iskema, kull NGO u għaqda volontarja tista’ tibbenefika minn kontribuzzjoni ta’ 95% tan-nefqa totali sa massimu ta’ €50,000, għal proġetti li jkunu qed jimplimentaw tal-inqas waħda mit-80 proposta tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ eko-Għawdex għas-snin 2010 – 2012.
Din l-iskema tħabbretwaqt konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, wara li fil-jiem li għaddew l-istess Ministeru nieda skema simili għal proġetti mwettqa mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi f’Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono stiednet lil għadd ta’ membri ta’ NGOs u ta’ għaqdiet volontarji Għawdxin li kienu preżenti biex jindividwaw proġetti li jistgħu jwettqu f’Għawdex u li huma konformi mal-kriterji tal-proposti elenkati fil-pjan ta’ azzjoni, u li jkunu ta’ benefiċċju u ta’ ġid għas-soċjetà Għawdxija. L-Onor. Debono tat diversi eżempji ta’ proġetti li jistgħu jitwettqu minn dawn l-għaqdiet, fosthom proġetti ta’ energy efficiency u energy saving, proġetti għall-ħażna tal-ilma, programmi ta’ għarfien dwar l-obesità, stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, azzjoni kontra l-abbuż tal-alkoħol u titjip, promozzjoni internazzjonali għas-settur tad-diving, l-iżvilupp ta’ childcare facilities fil-komunità, taħwil ta’ siġar, inizjattivi relatati mal-agro-turiżmu u eko-turiżmu, kif ukoll tnaqqis ta’ emissjonijiet tat-traffiku u electric cars.
L-applikazzjonijietbil-proposti għal proġetti taħt din l-iskema se jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 14 ta’ Jannar 2010. Fil-proposta, l-applikanti jridu jispjegaw kif il-proġett se jkun ta’ benefiċċju għal Għawdex u s-soċjetà Għawdxija fit-tul. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet li se jkollha impatt importanti fuq id-deċiżjoni tal-kumitat li se jkun qed jevalwa l-applikazzjonijiet.
Il-proġetti li sejkunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema se jitħabbru matul Frar 2011, u għandhom jiġu implimentati sa Novembru 2011.

Iktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.ecogozo.com jew mid-Dipartiment għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fuq 22156312.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow