Kundanna għall-vjolenza fuq uffiċjali pubbliċi ta’ Transport Malta.
pr2248
02/12/2010
| Il-Ministru Austin Gatt jesprimi s-solidarjetà | tiegħu maż-żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, il-Maġġur Peter Ripard u Konrad Pule, hekk kif dawn jidher li sfaw vittmi ta’ attakk vjolenti fuqhom. Il-Maġġur Ripard ġarrab feriti gravi. |
| L-istess | ħsibijiet ta’ solidarjetà jmorru għall-familjari ta’ kull min kien involut. |
| Il-Ministru Gatt li bħalissa jinsab fuq xogħol | tal-Gvern fi Brussell, kien infurmat b’dak kollu li seħħ u kien ukoll infurmat li l-Pulizija għandhom suspett li dan kien inċident ippjanat minn xi ħadd jew uħud. |
| Il-Ministru Gatt filwaqt li jikkundanna kull tip ta’ | vjolenza, jikkundanna b’mod qawwi vjolenza immirata fuq uffiċjali pubbliċi li huma biss ħatja li wettqu xogħlhom b’responsabbiltà u b’sens qawwi ta’ servizz pubbliku. |
| Il-Ministru hu infurmat li l-każ li ġara dalgħodu | qed jiġi investigat mill-Pulizija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003