Left arrow Mur Lura

L-aħjar l-ewwel għaxar xhur tas-sena għat-turiżmu f’pajjiżna

pr2242
Date Icon 02/12/2010
Nefqa mit-turisti  ta’aktar minn biljun ewro matul dan il-perjodu
Fl-ewwelgħaxar xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,199,745 turist. Dawn qattgħu f’Malta aktar minn 10 miljun lejl u nefqu aktar minn biljun ewro (€1,034,215,000). Dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel għaxar xhur tas-sena. Hi ukoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu.
Ċifrimaħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Ottubru żaru Malta 146,397 turist jiġifieri 22,247(17.9%) iktar mill-istess xahar tas-sena l-oħra. Dan hu wkoll l-ogħla ammont ta’ turisti għax-xahar ta’ Ottubru li qatt ġie reġistrat u jkompli fuq ir-riżultati pożittivi ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru li wkoll kienu xhur rekord għas-settur turistiku Malti.
In-numrutotali ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’Malta f’Ottubru  ta’ din is-sena kien ta’ 1,134,546 – ċifra li tirrifletti żieda ta’ 174,847 (18.2%) fuq l-istess xahar is-sena l-oħra.
In-nefqatat-turisti f’Ottubru wkoll kienet waħda rekord. Din telgħet għal aktar minn €120 miljun jew €27,925 miljun (30.2%) iktar mill-istess xahar tas-sena l-oħra.
L-ikbarżieda numerika ta’ turisti fl-ewwel għaxar xhur tas-sena kienet mill-Italja minn fejn ġew 46,067 (31.5%) turist iktar biex laħqu 192,401 turist. Żidiet oħrajn kbar kienu mill-pajjiżi Skandinavi b’żieda ta’ 23,513 (38.8%) turist għal 84,095 u Spanja b’żieda ta’ 21,373 (52.8%) għal 61,833. Franza wkoll rreġistrat żieda konsiderevoli ta’ 12,623 (19.1%) għal 78,803 turist.
L-OnorMario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura fisser ir-riżultati tal-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena bħala pożittivi u nkoraġġanti.
“Iż-żieda fit-turiżmu ma tiġix b’kumbinazzjoni immahija frott il-ħidma li twettqet biex pajjiżna jsir aktar aċċessibbli u jattira turisti anke minn swieq ġodda. Iż-zieda minn 57 għal 76 rotta skedata minn u lejn Malta kif ukoll iż-żieda fir-riklamar ta’ pajjiżna huma fatturi li qed jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna. Investejna wkoll fil-prodott turistiku u fi skemi li jagħtu taħriġ lill-impjegati fil-qasam turistiku biex naċċertaw titjib ħolistiku kemm fid-dehra kif ukoll fis-servizz.” tenna l-Onor de Marco
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow