Messaġġ mill-Ministru Dolores Cristina għall-Jum Dinji tal-Persuni b’Diżabilità
pr2241
02/12/2010
| Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dedikat lill-Persuni | b’Diżabilità, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, tafferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jaħdem biex is-socjetà tagħna tkun waħda kompletament inklussiva li tagħraf li kull persuna għandha valur u sehem sħiħ x’tagħti lill-pajjiż. |
| Mal-medda tas-snin sar ħafna progress f’dan il-qasam | u llum persuni b’ diżabilità qed ikunu integrati fil-komunità minflok jinħbew kif kien isir sa ftit tas-snin ilu. Is-servizzi offruti lil dawn in-nies, ir-riformi li saru fis-sistemi u fil-liġijiet, jagħmluha aktar possibbli biex persuni b’diżabilità jħossuhom parti mis-soċjetà. |
| Madankollu għad fadal oqsma fejn hemm aktar xi jsir | biex ikun assigurat li persuni b’dizabiltà jkollhom ħajja kemm jista’ jkun indipendenti. |
| Min-naħa | tiegħu l-Gvern qed iħejji l-emendi meħtieġa għal diversi liġijiet li jiffaċilitaw li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal Persuni b’Diżabilità tkun tista’ tidħol fis-seħħ fl-aspetti kollha tagħha. |
| Sadattant, lkoll kemm aħna rridu nibqgħu naħdmu biex | il-barrieri li għad fadal ixekklu l-progress tal-persuni b’diżabilità jitwaqqgħu u jingħelbu ħalli nassiguraw li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet biex jgħix ħajja aħjar. |
| F’dan | il-jum, wieħed ma jistax jinsa l-kontribut kbir li numru ta’ organizazzjonijiet u persuni li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità taw lis-soċjetà taghna. Aħna grati lejhom għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom li wasslu biex illum għandna soċjetà aktar inklussiva li tagħraf id-drittijiet u l-ħiliet ta’ kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003