Left arrow Mur Lura

Iżjed xogħol frott l-investiment

pr2240
Date Icon 02/12/2010
“Il-qasam tal-Gaming f’pajjiżna kiberfl-aħħar snin, u qed ikompli jikber b’ritmu b’saħħtu, għax f’pajjiżna l-Gvern joħloq ambjent li jiġbed l-investiment, li joħloq ix-xogħol.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum waqt l-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda f’Ta’ Xbiex, għall-kumpanija Svediża NET ENT li taħdem fil-qasam tal-gaming.
“L-inawgurazzjoni ta’ dawn l-uffiċċji hija sinjalċar tat-tkabbir li qed jesperjenzaw kumpaniji bħal din, li bdew joperaw minn pajjiżna ftit snin ilu, u li issa qed ikabbru l-operat tagħhom”  Jason Azzopardi xebbaħ din il-kumpanija mal-qasam tal-gaming innifsu f’Malta li beda b’passi umli, iżda li maż-żmien rawwem pass b’saħħtu, u llum jagħti kontribut b’saħħtu lill-ekonomija lokali.
Is-Segretarju Parlamentari nnota kif fl-aħħar ħamessnin il-kontribu ta’ dan il-qasam f’net revenue tela’ minn madwar €4.5 miljun għal madwar €20 miljun.  Illum nitkellmu dwar 3,330 impjieg f’dan il-qasam b’madwar 350 liċenzja.
“Dawnhuma sinjali ċari li l-politika tal-Gvern favur ix-xogħol ta’ valur miżjud qegħdha tħalli l-frott mixtieq” Jason Azzopardi saħaq li l-Gvern huwa kommess li jkompli bil-ħidma tiegħu favur ambjent li jiġbed l-investiment, li dan joħloq ix-xogħol.
Il-kumpanija NET ENT ilha stabbilita f’Maltamill-2006, u taħdem fil-qasam tal-gaming.  Din il-kumpanija tiżviluppa software għall-industrija tal-gaming.  Il-klijenti tagħha huma mifruxa mad-dinja kollha, u jinkludu l-iżjed ażjendi stabbiliti tal-online gaming fid-dinja.
Grazzigħall-investiment li wettqet fl-aħħar snin, u issa bl-uffiċċji ġodda li huma mifruxa fuq 700 metru kwadru, se jippermettu ‘l din il-kumpanija li twettaq tkabbir fin-numru ta’ impjegati li tħaddem.  Mill-20 impjegat li tħaddem bħalissa, huwa mistenni li dan in-numru jitla’ għal 50.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow