Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIZMU U L-KULTURA

pr2239
Date Icon 01/12/2010
RIFORMA FIL-MEPAGĦAL SERVIZZ AĦJAR LIĊ-ĊITTADIN U L-ĦARSIEN TAL-AMBJENT
Il-Gvern qiegħedjagħmel riforma fil-MEPA bil-għan li din l-Awtorità tagħti servizz aħjar liċ-ċittadin, filwaqt li tkun aktar b’saħħitha biex tipproteġi l-ambjent. Il-Gvern ħabbar li b’effett mit-30 ta’ Novembru 2010 se tidħol fis-seħħ l-biċċa l-kbira tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Filwaqt li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 se jidħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom, fost affarijiet oħra, qed jiġi definit ż-żmien li fih trid tiġi ddeterminata applikazzjoni; ma jistgħux jiġu sanzjonati żviluppi llegali li jsiru f’żoni sensittivi; qed jiżdiedu b’mod sostanzjali il-multi f’każ ta’ żvilupp llegali; u se jibda jsir screening tal-applikazzjonijiet kollha sabiex jiġi ddeterminat jekk applikazzjoni tagħmilx sens mill-lat ta’ ppjanar u ambjent, u jekk hu hekk, x’hemm bżonn isir biex din tiġi proċessata. Dan minbarra miżuri oħra li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew fosthom il-ħatra ta’ żewġ kummissjonijiet full-time li se jwasslu għall-aktar effiċjenza u trasparenza fil-proċess ta’ applikazzjonijiet u ż-żieda fin-numru ta’ impjegati tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti, il-Kamra tal-Ippjanar, ma’ għaqdiet ambjentali u stakeholders oħrajn. L-Oppożizzjoni filwaqt li bil-kliem titkellem favur l-ambjent, fil-prattika qiegħda tipprova timmina x-xogħol li qiegħed jagħmel il-Gvern.
Waqt id-dibattitudwar il-bidla fit-tariffi tal-MEPA, il-Gvern kien qal li lest li jagħmel fine-tuning. Huwa propju dan li qed jagħmel il-Gvern mingħajr ma jbiddel l-prinċipji tas-sistema ġdida ta’ tariffi li hija bbażata fuq il-volum tal-iżvilupp. It-tariffi l-qodma ma kienux jagħmlu distinzjoni dwar jekk tapplikax għal appartament żgħir jew kbir, b’kamra tas-sodda waħda jew tlieta, billi r-rata kienet waħda li ma tagħtix każ id-daqs. Fil-fatt taħt it-tariffi l-ġodda, it-tariffa għal appartament b’140sqm żdied biss b’7% filwaqt li t-tariffa għal appartament taħt il-110sqm fil-fatt roħsot. Id-diżonesta’ żgur li mhux qiegħda fuq in-naħa tal-Gvern li qed iwettaq propju dak li wiegħed li se jagħmel.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow