INAWGURAZZJONI TA’ TIŻJIN ĠDID TAL-MILIED
pr2238
01/12/2010
| Il-Ministru għar-Riżorsi | u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, inawgura tiżjin ġdid tal-Milied li ntrama f’Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta u f’Pjazza Sant’Anna, tas-Sliema magħmul minn lampi LED’s. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-kumpanija Smart Light Systems talli pprovdiet lampi LED’s kif ukoll lill-Enesmart u lill-Melita Unipol Insurance tal-għajnuna tagħhom. |
| Din | is-siġra tal-Milied tuża madwar 230 fitting tad-dawl li jaħdmu bit-teknoloġija LED. Dawn il-lampi fil-preżent huma l-aktar soluzzjoni eco-friendly li teżisti fis-suq. Din is-siġra b’dan it-tip ta’ lampi tiffranka aktar minn 80% f’konsum ta’ elettriku u 99% f’emissjonijiet. Kull lampa LED tuża’ biss 1 Watt ta’ enerġija filwaqt li tipproduċi l-istess ammont ta’ dawl daqs bozza tal-20 Watt. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li Pjazza San Ġorġ ġiet | inawgurata eżattament bħal dan iż-żmien sena. Huwa qal li llum ħadd ma jimmaġina din il-pjazza kif kienet qabel ma seħħ il-proġett ta’ tisbiħ. Illum il-Belt Valletta tgawdi minn ċentru ħaj li jitgawda mil-poplu u mhux maħkum mill-karozzi. |
| F’kumment waqt | l-attivita tal-mixgħela ta’ dan it-tiżjin Id-Direttur tal-Kumanija Jonathan Borg saħaq li “permezz ta’ dawn l-LEDs, Smart Light Systems qed toffri mezz effettiv kif kulħadd jista’ jiffranka. Minn meta bdejna noperaw f’Malta, dawn il-prodotti ntlaqgħu tajjeb ferm, tant li anke fi żminijiet meta l-klima ekonomika ma kinitx favorevoli, bqajna nkabbru l-operat konsistentament.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003