IS-SOSTENIBBILITÀ FL-OPERAT TAL-LUKANDI HUWA FATTUR LI QED ISIR DEJJEM AKTAR IMPORTANTI GĦAT-TURIST
pr2232
01/12/2010
| It-turiżmu u l-ambjent | huma setturi li jridu jaħdmu id f’id biex tkun aċċertata s-sostenibbilità. Huwa importanti li s-settur turistiku jimmira lejn attività li tħares fit-tul lejn l-benefiċċji tas-sostenibbilità ekonomika, soċjali u ambjentali. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco waqt seminar dwar iċ-ċertifikazzjoni ekoloġika tal-lukandi (ECO Certification) organizzat mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li b’kollox pajjiżna għandu 18-il lukanda li għandhom din iċ-ċertifikazzjoni. Dan ifisser li 13% fil-mija tal-lukandi jew 30% tas-sodod fil-lukandi ta’ pajjiżna għandhom ċertifikazzjoni ekoloġika. Dan huwa l-ogħla percentaġġ ta’ ċertifikazzjoni ekoloġika tal-lukandi meta mqabbel ma’ skemi simili f’pajjiżi oħra Ewropej. Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni għaċ-ċertfikazzjoni ekoloġika ta’ erba’ lukandi oħra. Mario de Marco ħeġġeġ lill-lukandi ta’ tlett stilel jew inqas biex jagħmlu użu mill-iskemi favur s-sostenibbilità u jħarsu aktar l-aspett sostenibbli tagħhom. Tenna li l-lukandi f’dawn il-kategoriji għandhom opportunitajiet kbar fil-qasam turistiku u huwa meħtieġ li jibqgħu jinvestu fid-dehra u sostenibbilità ħalli jibqgħu kompettitivi. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li numru dejjem jiżdied ta’ kumpanniji kummerċjali qed ifittxu lukandi li jħarsu l-ambjent u s-sostenibbilità biex jorganizzaw konferenzi fihom. Anke tour operators qed isiru aktar konxji tal-fatturi ambjentali u qed ifittxu li jaħdmu ma’ lukandi b’ċertifikazzjoni ekoloġika. Numru dejjem jiżdied ta’ turisti wkoll qed ifittxu lukandi b’ċertifikazzjoni favur l-ambjent u għalhekk huwa meħtieġ li l-lukandi jibqgħu jinvestu f’apparat u operat sostenibbili, tenna Mario de Marco. |
| ECO Certification | hija skema nazzjonali li pubblikament tirrikonixxi operat sostenibbli tal-lukandi. Il-kriterji jiffukaw fuq aspetti differenti tas-sostenibbilità fosthom l-immaniġjar tal-iskart, l-enerġija, l-ilma, l-kwalità tal-arja u l-istorbju ġġenerat mill-lukanda. L-għan tas-seminar ta’ llum kien li tingħata informazzjoni lis-sidien tal-lukandi dwar l-iskema u dwar l-operat sostenibbli tal-lukandi. |
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.mta.com.mt/eco-certification jew bili wieħed iċempel fuq 22915272/3.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003