Left arrow Mur Lura

Impenn lejn it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bi 15 fil-mija fuq in-negozji: Varat proġett tal-Management Efficiency Unit biex jitnaqqsu l-piżijiet f’għaxar oqsma differenti

pr2231
Date Icon 01/12/2010
Il-Gvernqed jintroduċi diversi inizjattivi biex jilħaq il-mira li jnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji bi 15 fil-mija sal-2012. Dawn l-inizjattivi għandhom iwasslu biex jonqsu l-ispejjeż reali u tanġibbli li l-industrija tal-manifattura u dik tas-servizzi qed iħallsu għaliha. Permezz tagħhom se jkunu iffrankati spejjeż żejda u ħin prezzjuż kemm liċ-ċittadini u kif ukoll lin-negozji.
Dansostnieh is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said meta indirizza konferenza organizzata mill-Management Efficiency Unit intiża biex ikun varat il-proġett ESF 4.87 ‘Niżviluppaw il-Ħiliet tas-Settur Pubbliku għall-Implimentazzjoni ta’ Regolamentazzjoni Aħjar’.
Il-Management Efficiency Unit akkwistat 1.6 miljunewro mill-Fond Soċjali Ewropew biex twettaq dan il-proġett tul is-sentejn li ġejjin. L-għan hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv f’numru ta’ oqsma bħal-liġi tal-kumpaniji; il-VAT u t-tassazzjoni; l-istatistika; is-servizzi finanzjarji; il-farmaċewtika; is-sajd; is-sigurtà tal-ikel; l-ambjent; l-impjiegi u l-ambjent tax-xogħol; u l-akkwisti u l-kuntratti pubbliċi.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Gvernhuwa impenjat li joħloq klima li twassal għal tkabbir ekonomiku fil-pajjiż, fejn il-mutur ewlieni wara dan it-tkabbir ikun is-settur privat. Dan it-tkabbir għandu jwassal għall-ħolqien ta’ aktar xogħol.  “Li jkollna regolamentazzjoni ġusta hija waħda mill-għodda li l-Gvern qed juża biex jintlaħaq dan l-għan”, sostna Chris Said.
Huspjega kif fix-xhur li għaddew sar proċess ta’ konsultazzjoni ma’ tnax-il settur ta’ negozji u servizzi biex jiġu identifikati regolamenti u proċeduri fejn jinħtieġ trażżin jew tneħħija ta’ burokrazija żejda; tneħħa l-bżonn li ċ-ċittadini jew negozji jippreżentaw ċertifikati tat-twelid, żwieġ jew mewt lil dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern; tnieda l-ewwel kors fil-better regulation fis-servizz pubbliku; saru eżerċizzji ta’ mystery shopping biex ikun assigurat li l-miżuri qed jiġu mtennija.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fakkar fl-Attdwar l-SMEs, fl-Abbozz ta’ Liġi li jistabbilixxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u fit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Hu qal li dawn l-iżviluppi kollha huma kollha maħsuba biex itejbu l-kwalità tas-servizz li jingħataw il-konsumaturi u n-negozji f’pajjiżna, mingħajr ma jkun hemm xkiel żejjed.
Fil-konferenza tkellem is-Segretarju PermanentiEwlieni Dr. Godwin Grima li saħaq fuq il-miri li qed ikunu stabbiliti fis-Servizz Pubbliku biex iċ-ċittadin u n-negozji jingħataw servizz aħjar. Hu ħeġġeġ lid-Kapijiet tal-Awtoritajiet u lid-Diretturi tad-Dipartimenti biex iwettqu l-pjan tal-Gvern għal Regolamentazzjoni Aħjar.
Il-KapEżekuttiv tal-Management Efficiency Unit John W. Aquilina qal li bit-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi, in-negozji jibqagħlhom aktar flus biex ikunu jistgħu jinvestu f’riżorsi u impjiegi ġodda, u fil-kreattività.
PaulDebattista, Konsulent Maniġerjali tal-MEU, qal li hemm qbil dwar l-imsieħba soċjali li filwaqt li hemm bżonn ta’ regolamenti u infurzar tal-liġijiet ħalli jkun hemm kompetizzjoni ġusta, dan m’għandux iwassal għal burokrazija żejda u mili ta’ dokumentazzjoni. Biex dan iseħħ, hemm bżonn li tkompli il-koordinazzjoni bejn id-dipartmenti, entitajiet u Ministeri, ħalli l-għan aħħari li tonqos il-burokrazija, iseħħ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow