Messaġġ mill-Ministru Dolores Cristina fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS - Ħtieġa ta’ Edukazzjoni u Għarfien biex nikkumbattu din il-marda
pr2226
30/11/2010
| Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar l-AIDS, il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, filwaqt li turi s-solidarjetà mal-vittmi ta’ din il-marda kiefra, tħeġġeġ għal għarfien u edukazzjoni biex inkunu nistgħu nkomplu nikkumbattu din il-pjaga. |
| Minkejja li ċifri pubblikati l-ġimgħa li għaddiet | mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa juru li r-ritmu tat-tixrid ta’ din il-marda fid-dinja naqas paragunat ma’ snin imgħoddija (bejn l-1996 u l-2008 n-numru ta’ każi ġodda tal-AIDS naqas bi 30%) għad hawn eluf kbar ta’ nies, imxerrda mad-dinja kollha, inkluż f’pajjiżna, li huma milquta minn din il-marda. |
| Iċ-ċavetta ta’ kollox | tibqa’ l-edukazzjoni, li l-ewwel u l-aqwa messaġġ tagħha f’dawn iċ-ċirkostanzi hu li lkoll kemm aħna jeħtieġ li nagħmlu għażliet u deċiżjonijiet b’responsabbiltà biex nieħdu ħsieb saħħitna kif ukoll dik ta’ ħaddieħor. |
| S’issa, | il-mediċina, għalkemm għamlet xi progress, għadha ferm ’l bogħod milli ssib il-fejqan komplet għal din il-kundizzjoni u għalhekk il-ħtieġa ta’ aktar għarfien u informazzjoni huma indispensabbli. |
| Sfortunatament, din il-marda, barra tbatija għal min | ikun qed iġorr il-virus tagħha, tista’ tkun trasmessa wkoll lil persuni oħra u toħloq diffikultajiet kbar għal dawn il-vittmi, kif ukoll għall-familjari u qraba tagħhom. |
| Għalhekk | irridu nibqgħu impenjati biex inħaddmu politika ta’ prevenzjoni, permezz ta’ l-edukazzjoni u t-tagħrif, biex nassiguraw li nrażżnu t-tixrid tal-AIDS f’pajjiżna u noffru s-servizzi meħtieġa lil dawk li sfortunatament huma maħkuma minnha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003