stqarrija mis-segretarjat PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
pr2223
30/11/2010
| Jiżdiedu | l-viżitaturi fis-siti ta’ Heritage Malta – Evarist Bartolo ħaseb li l-mużewijiet privati jitmexxew mill-Gvern |
| Fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena | l-ammont ta’ nies li żaru l-mużewijiet u s-siti storiċi mmexxija minn Heritage Malta żdiedu għal 951,895. Dan ifisser żieda ta’ 30,000 fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet. |
| Id-deputati tal-Oppożizzjoni Evarist | Bartolo u Owen Bonnici ħarġu stqarrija li hi mibnija fuq premessa żbaljata. Fl-istqarrija tagħhom huma rreferew għall-istatistika maħruġa mill-NSO li fiha hemm inkluz ukoll il-mużewijiet privati inkluż ukoll dawk immexxija mill-Knisja. B’mod żbaljat id-deputati tal-Oppożizzjoni assumew li dawn is-siti privati huma mmexxija minn Heritage Malta. |
| Minkejja r-reviżjoni fil-miżata ta’ | dħul li kien hemm, l-ammont ta’ nies li din is-sena żaru s-siti mmexxija minn Heritage Malta, żdiedu. |
| Minbarra li kien hemm żieda fl-ammont | ta’ nies li ħallsu biex daħlu fis-siti ta’ Heritage Malta kien hemm eluf oħra li daħlu b’xejn bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jiżdied l-apprezzament kulturali. Fost l-oħrajn din is-sena kien hemm dħul b’xejn fil-mużewijiet fil-Belt waqt in-Notte Bianca, saret ukoll open day f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra, minbarra li għadd ta’ mużewijiet jinfetħu b’xejn minn Heritage Malta matul is-sena. Bejn Ottubru 2008 u Settembru 2009 kien hemm 75,000 persuna li żaru s-siti storiċi u mużewijiet immexxija minn Heritage Malta b’xejn, filwaqt li bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010 kien hemm 121,000 jiġifieri żieda ta’ 46,000 persuna. |
| Il-Gvern permezz ta’ Heritage | Malta qiegħed jinvesti aktar fil-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Din is-sena ġew inawgurati ċ-Ċentru tal-Viżitaturi f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra u t-tined protettivi biex titnaqqas il-ħsara mill-elementi naturali. Fost proġetti oħra, permezz ta’ Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea qed isir xogħol preparattiv għal ċentru ta’ viżitaturi u xogħol ta’ tisbiħ fit-Tempji tal-Ġgantija, tinda protettiva u passaġġi fit-tempji ta’ Ħal Tarxien u ċentru tal-viżitaturi u xogħol ta’ tisbiħ estensiv fil-Katakombi ta’ San Pawl. |
| Il-Gvern jappella biex l-kultura ma | ssirx ballun politiku u l-kummenti li jsiru jkunu bbażati fuq il-fatti u mhux fuq premessi żbaljati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003