L-Awtorita’ tad-Djar ħabbret żewġ skemi għal titjib f’oqsma ta’ Djar tal-Gvern
pr2222
30/11/2010
| L-Awtorita’ tad-Djar | ħabbret żewġ skemi li bi ħsiebha twettaq flimkien mal-Kunsilli Lokali bl-iskop li jkun hemm titjib kemm fil-komunita’ kif ukoll titjib fiżiku f’żoni fejn hemm blokki ta’ appartamenti tal-Gvern. |
| Dan tħabbar f’konferenza | tal-aħbarijiet li taw flimkien il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari Chris Said li fost responsabbiltajiet oħra, hu responsabbli wkoll mill-Kunsilli Lokali. |
| Dawn iż-żewġ skemi juru | l-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-politika soċjali, billi jindirizza l-bżonnijiet ta’ sezzjonijiet tal-poplu b’mod ħolistiku filwaqt li joffri servizzi ġodda u aħjar fil-komunita’. |
| Il-Ministru Cristina | qalet li permezz ta’ dawn l-iskemi qed nittraduċu l-politika soċjali f’politika bbażata fuq ħidma flimkien, fejn servizzi offruti minn dipartimenti u entitajiet governattivi differenti jingħaqdu flimkien mal-Kunsilli Lokali u għaqdiet mhux governattivi biex joffru servizz wieħed għall-benefiċċju tal-komunita’. |
| F’dan il-każ, l-Awtorita’ | tad-Djar li normalment twettaq xogħlijiet relatati mal-bini ta’ djar u appartamenti u tgħin f’każi ta’ akkomodazzjoni soċjali, se tingħaqad mal-Korporazzjoni ghax-Xogħol u t-Taħrig permezz tal-Iskema Xogħol fil-Komunita’ u mal-Kunsilli Lokali fl-irħula u l-ibliet tagħna biex flimkien jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti tal-lokalita’ tagħhom bl-iskop li ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja tan-nies u l-ambjent fejn jgħixu. |
| L-ewwel skema | tal-Awtorita’ tad-Djar, il-‘Community Development Scheme’, tħares lejn kif nistgħu ntejbu l-ambjent ta’ madwar il-binjiet tal-Gvern. Hu importanti li nitilqu mill-idea li aħna għandna x’naqsmu biss ‘mill-bieb ‘il ġewwa’. Irridu napprezzaw il-bżonn li l-ambjent mad-dawra tal-binja fejn ngħixu jkun sigur, nadif u joffri post aħjar biex il-familji tagħna jkunu jistgħu jrabbu t-tfal tagħhom, fejn l-anzjani jkunu jistgħu jintegraw aktar fis-soċjetà, u fejn il-familji jħossuhom aktar komdi, b’faċilitajiet li jixirqilhom. |
| Biex din | l-iskema tkun suċċess, hemm bżonn is-sehem tal-kunsilli lokali. Il-kunsilli għandhom rwol fundamentali fis-soċjeta’, saru parti integrali mill-ħajja tal-familji, u jaħdmu biex iżommu fi stat tajjeb u jsebbħu l-lokalitajiet li għalihom huma responsabbli. Bl-esperjenza li kisbu matul iż-żmien, il-Kunsilli jistgħu jgħinu lill-Awtorita’ tad-Djar tħares iktar il-bżonnijiet tar-residenti u b’hekk inkunu qed nersqu iktar qrib in-nies. Huwa għalhekk li llum qegħdin naraw żwieġ bejn il-politika soċjali u l-ħidma siewja li qed issir fuq livell lokali. |
| Il-Gvern | diġa’ joffri għajnuna lill-Kunsilli biex isebbħu l-lokalitajiet tagħhom. Issa, l-Awtorita’ tad-Djar, b’responsabbilta’ li ttejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies li jgħixu fil-postijiet tal-Gvern, qed tniedi skema b’fond ta’ €675,000 għas-sena d-dieħla, biex tgħin lill-Kunsilli Lokali joħorġu bi proposti biex isebbħu l-inħawi ta’ l-Oqsma tad-Djar madwar Malta u Għawdex. |
| Din | l-iskema ma tieqafx hawn. L-Awtorita’ se tiffinanzja proġetti li jinkludu wkoll attivatijiet għall-benefiċċju tal-komunita’. Attivitajiet marbuta mal-edukazzjoni tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti u anke l-anzjani. Attivitajiet li jistgħu jinkludu taħriġ biex insaħħu l-familja bħal budgeting skills u parental skills, għajnuna u sapport lill-persuni b’diżabilita’, lezzjonijiet lit-tfal, u ideat oħra li jiġu mill-kunsilli lokali jew mill-istess komunitajiet li jgħixu f’dawn l-oqsma. Dawn l-attivitajiet huma importanti għaliex jibnu fuq il-bżonnijiet tal-familja li jgħixu fl-oqsma tad-djar. |
| Il-Ministru Cristina qalet li sfortunatament, | fl-oqsma tad-djar tal-Gvern ħafna drabi jsir ħafna vandaliżmu. Nisimgħu b’każi ta’ abbuż ta’ drogi; tfal li ma jattendux l-iskola kuljum; issib ċerta telqa; u nuqqasijiet oħra li jistgħu jpoġġu lil ċerti nies f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ fis-soċjeta’. Permezz ta’ dawn l-iskemi il-Gvern irid jiżgura li apparti x-xogħol ta’ tisbiħ f’dawn l-oqsma, ninvestu wkoll fil-qasam edukattiv fl-interess tal-familji li jgħixu fihom li permezz tal-programmi offruti jkun aktar faċli għalihom li jsibu opportunitajiet ta’ xogħol jew xogħol aħjar, ikollna familji aktar sodi u tfal u żgħażagħ b’saħħithom u bil-ħiliet meħtieġa biex jgħixu ħajja komda fis-soċjeta’ tal-lum. |
| Jekk | il-Kunsilli Lokali jħossu li m’humiex attrezzati biżżejjed biex jagħtu dan it-taħriġ jew biex jidentifikaw x’inhuma l-aħjar attivitajiet addattati għar-residenti tal-komunitajiet tagħhom, il-Ministru Cristina ħeggithom biex jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet volontarji u organizzazzjonijiet oħra bħal Sedqa u Appoġġ biex ikunu jistgħu jressqu proposti li jsaħħu l-familji li jgħixu f’dawn iz-zoni. |
| It-tieni skema mħabbra | mill-Awtorita’ tad-Djar hi dwar ‘Pjan ta’ Manutenzjoni fil-Binjiet tal-Gvern’. Dan hu pass ieħor importanti. Dan hu pjan mifrux fuq 6 snin fejn il-blokki residenzjali kollha tal-Gvern li huma bil-kera se jingħataw l-attenzjoni meħtieġa biex ikun assigurat ambjent isbaħ, iktar nadif u żgur. L-involviment fuq livell lokali f’dan il-pjan hu essenzjali għaliex b’hekk inkunu nistgħu nutilizzaw ir-riżorsi tal-pajjiż b’mod aktar effettiv filwaqt li noffru servizz ta’ kwalita’ aħjar. |
| Hemm mal-1,209 binja | residenzjali tal-Gvern li fihom joqogħdu madwar 7,000 familja. Biex jintlaħqu dawn il-binjiet kollha u niżguraw li x-xogħol li għandu jsir biex il-bini u l-partijiet komuni jinżammu fi stat tajjeb u diċenti, l-involviment fuq livell lokali mill-Kunsilli huwa ferm meħtieġ. |
| Il-Ministru Cristina | qalet li l-kunsilli jafu lir-residenti tal-lokal, jafu liema huma dawk il-binjiet li l-iktar qegħdin fi stat ħażin u x’tip ta’ xogħol hemm bżonn isir fihom. Għalhekk l-Awtorita’ qed tfittex l-għajnuna tal-kunsilli fil-52 lokalita’ fejn hemm binijet tal-Gvern biex jgħinuha twettaq dan il-programm ta’ manutenzjoni. |
| L-Awtorita’ tad-Djar | minn dejjem ippruvat iżżomm relazzjoni tajba mal-Kunsilli Lokali għax il-politika ta’ housing tagħha hi mmirata biex kemm jista’ jkun tindirizza bl-aħjar mod il-bżonnijiet tan-nies. Hu fatt li kull meta l-Awtorita’ imxiet id f’id mal-kunsilli, dejjem inkisbu r-riżultati mixtieqa. |
| Il-Ministru ħabbret li | hemm fond ta’ €1 miljun fis-sena għal dawn is-sitt snin biex dan il-pjan jirnexxi. Kull sena huwa ppjanat li jkunu rranġati madwar 200 binja f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Għas-sena li ġejja l-Awtorita’ mistennija tilħaq ftehim ma’ madwar 20 kunsill lokali u mistennija tilħaq mal-2,300 familja. |
| L-iskema | tal-ETC ‘Community Work Scheme’ hi għodda importanti li diġà qed tintuża minn ħafna kunsilli. Il-Gvern qed jaspira li dawn iż-żewġ skemi jkollhom impatt pożittiv fuq l-aċċess tal-Kunsilli Lokali għal din l-iskema biex jikbru l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-persuni qiegħda li jagħmlu xogħol siewi fil-komunita’ permezz ta’ din l-iskema. |
| Biex dan il-pjan ta’ manutenzjoni jkun wieħed | sostenibbli, l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq iddaħħal kunċett kemmxejn ġdid fejn jidħlu l-postijiet tal-Gvern, dak li jitwaqqfu Assoċjazzjoni tar-Residenti. Hawnhekk ukoll l-Awtorita’ qed titlob l-għajnuna tal-Kunsilli Lokali għaliex huma għandhom kuntatt dirett man-nies u jkunu jistgħu jiffaċilitaw aħjar il-proċess biex dawn l-assoċjazzjonijiet jibdew jiġu żviluppati. |
| L-Assoċjazzjoni tar-Residenti | hi fattur importanti fil-management tal-binijiet tal-Gvern. Fis-settur privat, dawn l-assoċjazzjonijiet qed ikunu ta’ suċċess u għalhekk tajjeb li nadottaw l-istess prinċipju. Jista’ jkun li f’ċertu binjiet forsi jkun iktar diffiċli minn oħrajn biex naslu għal ftehim bejn ir-residenti iżda jekk issir ħidma flimkien, jiġifieri l-Awtorita’, il-Kunsill u r-residenti, jista’ jkollna assoċjazzjonijiet tar-residenti li jkunu suċċess. |
| L-għan ta’ din | l-assoċjazzjoni hu li nsaħħu l-involviment tar-residenti fiż-żamma u l-manutenzjoni tal-partijiet komuni tal-binja fejn jgħixu kif ukoll insaħħu r-responsabilita’ tal-poplu lejn il-ġirien u l-komunita’. B’hekk inkunu wkoll qed insaħħu l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi varji fis-soċjeta’ għaliex kulmin jgħix f’post tal-Gvern se jingħata l-opportunita’ b’mod ugwali li jagħti sehem attiv fl-immaniġġjar tal-binja u jkun parteċipi fil-komunita’. |
| Se tkun għaddejja | kampanja ta’ informazzjoni mar-residenti f’dawn il-postijiet tal-Gvern skont il-pjan ta’ manutenzjoni biex isiru jafu aktar fuq xi tfisser l-Assoċjazzjoni tar-Residenti, x’inhuma r-responsabilitajiet tagħha, kif din tista’ taħdem b’mod tajjeb u kif ir-residenti għandhom jaħdmu flimkien u jirrispettaw ix-xogħol u l-parteċipazzjoni ta’ xulxin fid-deċiżjonijiet tal-komun li jgawdi minnu kulħadd. |
| Il-Ministru Cristina | ħeġġet lill-Kunsilli Lokali biex jidħlu bi sħab mal-Awtorita’ tad-Djar u jissottomettu proposti innovattivi biex isebbħu l-lokalitajiet u ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-familji tagħna. Hi ħeġġet ukoll lir-residenti biex jikkoperaw mal-Awtorita’ u l-Kunsilli biex ikollhom sehem attiv u nimplimentaw il-pjan ta’ manutenzjoni fuq il-binjiet residenzjali tal-Gvern b’suċċess. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jagħtu sehemhom fis-suċċess taż-żewġ skemi mħabbra llum għaliex b’hekk ikunu qed jgħinu biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja fil-komunitajiet li huma jirrappreżentaw. |
| Chris Said spjega li | ħadd daqs il-Kunsill Lokali, magħmul minn kunsillieri eletti mill-komunitajiet li jgħixu fihom biex jirrappreżentawhom, ma jaf x’inhuma l-ħtiġijiet tal-istess komunitajiet. Għalhekk ir-rwol tal-Kunsilli Lokali f’dawn l-iskemi hu essenzjali. |
| Il-Kunsilli Lokali sar | għandhom sehem mill-aktar importanti fit-tmexxija. Chris Said qal li l-iskemi mfassla mill-Awtorita’ tad-Djar huma skemi soċjali għax huma intiżi biex itejbu l-ambjent fil-Binjiet tal-Gvern u biex iħeġġu lill-inkwilini fl-istess binjiet jibdew jagħtu sehemhom fiż-żamma tal-postijiet fejn joqogħdu. |
| “Hu importanti li ntejbu | l-ambjent komuni tal-appartamenti tal-Gvern, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra madwar l-istess appartamenti. Dan għall-ġid tar-residenti li jgħixu fihom kif ukoll fl-istess zona u l-bqija tal-lokalita’. Inħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali jidħlu għal dan l-impenn għax huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan ix-xogħol”. |
| Chris Said appella wkoll | lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu użu aħjar mill-ħaddiema tal-IPSL u minn dawk li qed jipparteċipaw fl-Iskema ta’ Xogħol fil-Komunita’. |
| Fil-konferenza tkellmu | wkoll is-Sur Charles Borg, u Dr. Albert Buttigieg, Chairman u Kap Eżekuttiv rispettivament tal-Awtorita tad-Djar u Dr. Sandra Sladden, Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003