330 Supply Learning Support Assistant temmew kors li permezz tiegħu jistgħu jsiru tal-post
| 330 | Supply Learning Support Assistants li ilhom għal bosta snin jagħtu servizz fl-iskejjel tal-Gvern, temmew b’suċċess kors li sar apposta għalihom u issa għandhom il-possibbiltà li jsiru tal-post u jkollhom impjieg permanenti. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | Dolores Cristina, iltaqgħet ma’ dawn il-Learning Support Assistants f’ċerimonja li warajha ngħataw iċ-ċertifikat li juri li temmew b’suċċess kors li l-ftehim dwaru kien intlaħaq bejn il-Gvern u l-MUT ftit aktar minn sentejn ilu. |
| F’diskors li għamlet il-Ministru Cristina ferħet u | fl-istess ħin irringrazzjat lil dawn in-nies għas-snin twal ta’ servizz li diġà taw lill-pajjiż fejn għenu numru ta’ tfal li kienu jinħtieġu l-appoġġ tagħhom biex ikomplu mexjin ’il quddiem fl-edukazzjoni tagħhom. |
| Ftit | aktar minn sentejn ilu, kien iffirmat Memorandum of Understanding mal-Union tal-Għalliema li permezz tiegħu l-Gvern intrabat li lil dawn is-Supply Learning Support Assistants u mijiet oħra ta’ Kindergarten Assistants li ilhom jagħtu servizz fl-iskejjel tagħna għal numru ta’ snin, jingħataw il-possibbiltà li jagħmlu kors li meta jispiċċawh jingħataw ċertifikat li bih ikunu jistgħu japplikaw biex isiru tal-post u allura jserrħu rashom mill-futur tagħhom. |
| “Il-lum | qegħdin hawn għax intom temmejtu b’suċċess dak il-kors u l-Gvern qed iżomm kelmtu magħkom u issa se tirċievu ċertifikat li jagħtikom din l-opportunità”, qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni. |
| Meta | tnediet il-Politika ta’ l-Inklużjoni fl-Iskejjel fis-sena 2000, il-Gvern ikkommetta ruħu biex idaħħal kultura inklussiva fl-iskejjel. |
| Wieħed | irid iħares lejn l-inklużjoni minn lenti wiesgħa ħafna. Sa ftit snin ilu meta kienet tissemma’ l-kelma “inklużjoni” moħħna kien imur lejn persuni b’xi forma ta’ diżabilità. Il-lum b’inklużjoni nifhmu t-tfal kollha, bir-realtajiet individwali u differenti tagħhom. |
| Fl-2005 | l-Gvern ikkummissjona rapport – dak li nirreferu għalih bħala is-“Spiteri Report” dwar l-istudenti b’diżabilità. Sal-lum, kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru f’dak ir-rapport ġew implimentati. Fil-fatt anke l-job description tal-Learning Support Assistants inbidlet biex iddaħlet fiha kultura aktar inklussiva. |
| Il-lum, | l-LSAs qegħdin fil-klassijiet biex jgħinu lill-għalliema mat-tfal kollha filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal dawk li għandhom dak li jissejjaħ Statement of Needs. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tal-għalliema ġiet żviluppata wkoll biex tassigura li dawn għandhom responsabbiltà sħiħa għat-tagħlim tat-tfal kollha, huma x’inhuma d-diffikultajiet tagħhom. |
| Din | il-kultura inklussiva kompliet tissaħħaħ bir-riforma tat-tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja fejn issa nħolqu klassijiet bi tfal b’abiltajiet differenti. L-għalliema qed jingħataw taħriġ apposta biex ikunu jistgħu jaħdmu ma’ tfal b’ħiliet differenti. Anke l-istudenti jibbenefikaw minn din is-sistema għax jiżviluppaw huma wkoll valuri inklussivi. |
| F’dan | l-ambjent, studenti li huma statemented kapaċi jiżviluppaw aħjar il-ħiliet intelletwali u soċjali tagħhom. F’dan l-ambjent, l-LSAs iridu jaħdmu mal-istudenti kollha. |
| Il-lum | għandna 1793 Learning Support Assistant li qed jaħdmu fil-klassijiet tal-iskejjel tagħna u li qed jiffukaw b’mod partikolari fuq 2779 tifel u tifla li jinħtieġu l-għajnuna tagħhom aktar minn studenti oħra. |
| Il-Ministru Cristina fakkret li minn sentejn ’l hawn | il-Gvern beda jgħin ukoll lill-ġenituri ta’ tfal li jattendu skejjel indipendenti u li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ nies bħall-LSAs, billi jingħaddulhom flus biex ikunu jistgħu jħallsu għas-servizzi tal-LSAs. |
| Id-Direttorat tal-Edukazzjoni, bl-għajnuna | tal-Learning Support Assistants qed joffri servizzi aħjar lill-isudenti skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Fil-Kulleġġi tagħna l-lum għandna bosta servizzi li jinkludu: |
· L-Early Intervention Services;
· Għalliema Peripatetic għal dawk li għandhom diffikultajiet fis-smiegħ jew fil-vista;
· L-Autism Support Team;
· Aċċess għall-ACTU (Access to Communication and Technology Unit);
· Speċjalisti biex jaħdmu ma’ tfal b’diffikultajiet soċjali jew emozzjonali;
· Għalliema apposta għal tfal li qed ifittxu l-Ażil u m’għandhomx ġenituri hawn;
· Ħaddiema Soċjali;
· Counsellors tal-Kulleġġi, tal-Iskejjel u Trainee Counsellers;
· Educational Psychologists u Trainee Psychologists;
· Psikoterapisti;
· Guidance Teachers;
· Prefetti tad-Dixxiplina;
· Professjonisti li jagtħu pariri lill-istudenti;
· Inħolqu Nurture Groups fil-Primarji;
· Inħolqu Learning Support Zones fis-Sekondarji;
· Literacy Support Teachers u Complementary Teachers.
| Dan hu | t-tim li l-lum għandna fl-iskejjel tagħna biex ikun assigurat li t-tfal, irrispettivament mill-ħiliet u d-diffikultajiet tagħhom kif ukoll il-familji tagħhom, iħossuhom inklużi fil-komunità skolastika. |
| Biex | tkompli tissaħħaħ il-kultura inklussiva, tfassal ukoll pjan edukattiv individwali għal kull student jew studenta u ddaħħlu wkoll il-Peer Preparation Programmes fejn it-tfal jitgħallmu kif jaċċettaw id-diversità ta’ sħabhom. |
| F’dan | il-kwadru, ir-rwol tal-Learning Support Assistants hu importanti ħafna għax iridu jikkollaboraw, jikkomunikaw u jikkooperaw ma’ dawk kollha involuti fil-qasam edukattivi inkluż il-ġenituri u t-tfal stess. |
| Il-Ministru Cristina żiedet għid li “Naf li | għalikom, il-ħidma li tagħmlu mat-tfal fl-iskejjel ma hix sempliċement impjieg imma ssir vokazzjoni. Lit-tfal fdati fil-kura tagħkom issiru tħobbuhom bħalikieku kienu uliedkom stess. U dan jgħin ħafna lit-tfal infushom fl-iżvilupp tagħhom. Tant hu hekk li spiss ikollna talbiet minn ġenituri biex inħallukom mal-istess tfal anke jekk dan ma jkunx fl-interess tagħhom”. |
| “Ta’ dan | kollu, f’ismi, f’isem id-Direttorat għas-Servizzi tal-Istudent u f’isem il-ġenituri, irrid nirringrazzjakom. Il-ġest li qed nagħmlu magħkom illum, kien ġest dovut, li jagħmel ġustizzja magħkom u jagħtikom is-serħan tal-moħħ li tant tixtiequ”. |
| Il-Ministru temmet billi awgurat lil dawn | l-impjegati aktar ħidma fejjieda mal-istudenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003