Left arrow Go Back

FOLKGĦABEX 2010 – Festival Internazzjonali tal-Folklor f’Għawdex

pr2216
Date Icon 29/11/2010
Fil-jiemli għaddew f’Għawdex ġie mtella’ festival internazzjonali tal-folklor, organizzat mill-Grupp Folkloristiku Astra b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Victoria. Dan il-festival ġie organizzat biex jiġi mfakkar l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Folkloristiku Astra. Matul din l-attività nġabru wkoll fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Waqtiċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ ta’ dan il-festival, li saret fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ferħet lill-membri tal-Grupp Folkloristiku Astra għas-snin twal li dan il-grupp serva bħala ambaxxatur tal-gżejjer Maltin, kemm f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż, permezz taż-żfin u l-kant folkloristiku li huwa element li jagħti identità lill-gżira. Hija qalet li dan il-festival li fih qed jipparteċipaw ukoll gruppi barranin, huwa wkoll ċertifikat tat-tradizzjonijiet tal-pajjiżi rispettivi li baqgħu jiġu mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-Ministru Giovanna Debono sostniet li minbarra li joħolqu atmosfera kkulurita u divertenti, dawn l-okkażjonijiet iservu wkoll bħala mezz ta’ djalogu u ħbiberija, li jsaħħu aktar l-għaqda bejn il-popli. Hija qalet li l-Ministeru għal Għawdex se jkompli jsostni dawn l-inizjattivi li jkomplu jsaħħu l-wirt kulturali tal-gżira ta’ Għawdex.
Id-Direttur tal-Festival, is-Sur Anthony Zammit kifukoll il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur Paul Zammit għamlu wkoll diskors tal-okkażjoni.
Danil-festival kien mifrux fuq ħamest ijiem u kien jinkludi serati għall-anzjani fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, parati fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta u l-Belt Victoria, serata fiż-Żejtun, wirja ta’ żfin u mużika folkloristika għall-istudenti Għawdxin fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex, attività fi Pjazza San Ġorġ f’Victoria, L-Għabex – wirja folkloristika ta’ sagħtejn fit-Teatru Astra, wirja tal-muturi u festival tal-inbid fi Triq ir-Repubblika f’Victoria, kif ukoll rappreżentazzjonita’ tieġ tradizzjonali Malti.
F’danil-festival ipparteċipaw ukoll gruppi folkloristiċi oħra Għawdxin kif ukoll gruppi barranin li ġew mir-Repubblika Ċeka, l-Italja u l-Portugall.
Il-festival intemm il-Ħadd filgħaxija permezz ta’wirja ta’ żfin u mużika fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Victoria fejn saret ukoll preżentazzjoni ta’ tifkiriet marbuta ma’ din l-okkażjoni, mis-Sindku tal-Belt Victoria Dr Samuel Azzopardi.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow