Attivitajiet miżjuda għall-istudenti Għawdxin fi ħdan il-Gozo College
Madwar 200 student u studenta li bħalissa qed jattendu l-iskejjel sekondarji tal-bniet u s-subien f’Għawdex għadhom kif temmew b’suċċess korsijiet prattiċi fl-użu tal-kompjuter. B’hekk huma kisbu ċ-ċertifikazzjoni ECDL li se tkompli żżid ma’ ċertifikati u kompetenzi oħra li jservuhom għall-futur tagħhom.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qassmet iċ-ċertifikati lir-rappreżentanza ta’ dawn l-istudenti waqt attività li ġiet imtellgħa mill-Gozo College fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex. Għal din l-attività kien hemm preżenti wkoll il-Prinċipal tal-Gozo College, Chev Frank Gatt, flimkien ma’ numru ta’ kapijiet ta’ skejjel u studenti minn skejjel tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja f’Għawdex.
L-Onor. Giovanna Debono ferħet lill-istudenti li pparteċipaw f’dawn il-korsijiet filwaqt li faħħret id-diversi inizjattivi meħuda mill-Gozo College b’risq il-qasam edukattiv f’Għawdex. Hija fissret kif din il-ħidma hija investiment siewi li l-valur tiegħu huwa rifless fir-riżultati miksuba mill-istudenti Għawdxin f’kull livell tal-qasam edukattiv. Dan huwa wkoll frott tal-prinċipji marbuta ma’ edukazzjoni inklużiva fejn ħadd ma jibqa’ lura li hija wkoll mibnija fuq il-ħiliet tal-istudenti. Il-Ministru għal Għawdex fissret kif il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat f’ħidma li tikkoordina xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fl-iskejjel kollha f’Għawdex filwaqt li għamlet referenza għall-proġett ta’ bini ta’ skola sekondarja ġdida għas-subien, li se jiġi inawgurat fil-jiem li ġejjin u li diġà beda jintuża minn studenti Għawdxin.
| Waqt din | l-attività saret ukoll preżentazzjoni ta’ CD li fiha hemm miġbura dettalji minn attivitajiet li saru minn studenti f’kull skola f’Għawdex fiċ-Ċentru Xjentifiku tal-Lunzjata li jinsab fl-inħawi ta’ dan il-wied pittoresk f’Għawdex. Dan ic-CD se jservi wkoll bħala rikordju tas-sena li kienet iddedikata mill-Ġnus Magħquda bħala s-sena tal-biodiversità. |
| Filwaqt | li ġiet ippremjata studenta li kienet tattendi l-iskola sekondarja tal-bniet f’Għawdex u li din is-sena kisbet l-ewwel post fl-eżami tal-Malti tas-SEC ġie mniedi wkoll premju għall-intraprenditorija li se jippremja lil dak l-istudent jew studenta li ser juru sens ta’ intraprenditorija u proattività matul is-sena skolastika li qegħdin fiha. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003