Għawdex ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat
| Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux | Governattivi Għawdxin qed ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat permezz tal-Gozo International Voluntary Event (GIVE). Dan l-avveniment, li qed ikun mifrux fuq tlett ijiem, bejn il-Ħadd 28 ta’ Novembru u l-Erbgħa l-1 ta’ Diċembru 2010, għandu l-għan li jesponi u jippromwovi l-ħidma siewja li jwettqu bosta għaqdiet mhux governattivi li huma impenjati fil-qasam tal-volontarjat f’Għawdex. Dawn jinkludu għaqdiet filarmoniċi, folkloristiċi, u kulturali flimkien ma’ oħrajn sportivi, filantropiċi u soċjali li jaħdmu kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq dik reġjonali. |
| Minbarra | li permezz ta’ dan l-avveniment Għawdex se jkun qed jingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat li jiġi ċċelebrat kull sena fil-5 ta’ Diċembru, GIVE se sservi wkoll bħala spunt biex tiġi introdotta d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar s-sena 2011 bħala s-sena Internazzjonali tal-Volontarjat. |
L-Onor. Giovanna Debono Ministru għal Għawdex inawgurat dan l-avveniment li qed jittella’ fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. Filwaqt li faħħret l-impenn ta’ għadd sabiħ ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam tal-volontarjat f’Għawdex, fissret kif dan l-impenn jirriżulta f’ħidma siewja għall-ġid tas-soċjetà Għawdxija. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif waħda mill-inizjattivi li ħa l-Ministeru għal Għawdex matul iż-żmien kien it-twaqqif taċ-Ċentru għal Għaqdiet mhux Governattivi bil-għan li jagħti għajnuna u jikkoordina ħidma b’risq għaqdiet volontarji Għawdxin. Dan sewa biex dan il-qasam kompla jissaħħaħ u llum hawn aktar minn 150 għaqda rreġistrati bħala membri fl-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin.
| Il-Ministru Debono fissret kif fil-jiem li ġejjin se | tinħareġ skema marbuta mal-pjan ta’ azzjoni eko-Għawdex li se tkun indirizzata biex tgħin proġetti mħaddma minn għaqdiet mhux governattivi Għawdxin. Għaldaqstant hija stiednet lir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet Għawdxin biex jattendu għal-laqgħa li se ssir fil-jiem li ġejjin u li fiha se jingħataw aktar dettalji dwar din l-iskema. |
| Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għas-sitwazzjoni | preżenti bejn il-Malta Red Cross u l-fergħa ta’ din l-għaqda f’Għawdex. Filwaqt li faħħret is-servizz validu mogħti mill-Għaqda tas-Salib l-Aħmar f’Malta u Għawdex hija rrikonoxxiet il-ħidma intensiva li wettaq it-tim tal-fergħa tar-Red Cross f’Għawdex minn kemm ilha mwaqqfa, filwaqt li awgurat li jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet għall-ġid ta’ kulħadd. |
| Waqt | l-inawgurazzjoni ta’ GIVE tkellmu wkoll il-Professur Kenneth Wain, Kummissarju għall-Għaqdiet mhux Governattivi kif ukoll Dr Raymond Xerri, Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003