Left arrow Go Back

Għawdex ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat

pr2214
Date Icon 29/11/2010
Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhuxGovernattivi Għawdxin qed ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat permezz tal-Gozo International Voluntary Event (GIVE). Dan l-avveniment, li qed ikun mifrux fuq tlett ijiem, bejn il-Ħadd 28 ta’ Novembru u l-Erbgħa l-1 ta’ Diċembru 2010, għandu l-għan li jesponi u jippromwovi l-ħidma siewja li jwettqu bosta għaqdiet mhux governattivi li huma impenjati fil-qasam tal-volontarjat f’Għawdex. Dawn jinkludu għaqdiet filarmoniċi, folkloristiċi, u kulturali flimkien ma’ oħrajn sportivi, filantropiċi u soċjali li jaħdmu kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq dik reġjonali.
Minbarrali permezz ta’ dan l-avveniment Għawdex se jkun qed jingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat li jiġi ċċelebrat kull sena fil-5 ta’ Diċembru,  GIVE se sservi wkoll bħala spunt biex tiġi introdotta d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar s-sena 2011 bħala s-sena Internazzjonali tal-Volontarjat.

L-Onor. Giovanna Debono Ministru għal Għawdex inawgurat dan l-avveniment li qed jittella’ fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. Filwaqt li faħħret l-impenn ta’ għadd sabiħ ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam tal-volontarjat f’Għawdex, fissret kif dan l-impenn jirriżulta f’ħidma siewja għall-ġid tas-soċjetà Għawdxija. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif waħda mill-inizjattivi li ħa l-Ministeru għal Għawdex matul iż-żmien kien it-twaqqif taċ-Ċentru għal Għaqdiet mhux Governattivi bil-għan li jagħti għajnuna u jikkoordina ħidma b’risq għaqdiet volontarji Għawdxin. Dan sewa biex dan il-qasam kompla jissaħħaħ u llum hawn aktar minn 150 għaqda rreġistrati bħala membri fl-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin.

Il-Ministru Debono fissret kif fil-jiem li ġejjin setinħareġ skema marbuta mal-pjan ta’ azzjoni eko-Għawdex li se tkun indirizzata biex tgħin proġetti mħaddma minn għaqdiet mhux governattivi Għawdxin. Għaldaqstant hija stiednet lir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet Għawdxin biex jattendu għal-laqgħa li se ssir fil-jiem li ġejjin u li fiha se jingħataw aktar dettalji dwar din l-iskema.
Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għas-sitwazzjonipreżenti bejn il-Malta Red Cross u l-fergħa ta’ din l-għaqda f’Għawdex. Filwaqt li faħħret is-servizz validu mogħti mill-Għaqda tas-Salib l-Aħmar f’Malta u Għawdex hija rrikonoxxiet il-ħidma intensiva li wettaq it-tim tal-fergħa tar-Red Cross f’Għawdex minn kemm ilha mwaqqfa, filwaqt li awgurat li jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet għall-ġid ta’ kulħadd.
Waqtl-inawgurazzjoni ta’ GIVE tkellmu wkoll il-Professur Kenneth Wain, Kummissarju għall-Għaqdiet mhux Governattivi kif ukoll Dr Raymond Xerri, Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow