L-FISTF WORLD GRAND MASTERS 2010 F’GĦAWDEX
pr2213
29/11/2010
| Fi tmiem il-ġimgħa li | għaddiet, Għawdex ospita l-FISTF World Grand Masters 2010, kompetizzjoni tat-Table Football organizzata mill-Malta Table Football Sports Association (MTFSA), bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. |
| Din il-kompetizzjoni | ġiet inawgurata mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, u mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli. Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għal benefiċċji li qed tieħu l-gżira Għawdxija permezz ta’ attivitajiet sportivi ta’ dan il-kalibru, u li fihom qed jipparteċipaw mhux biss sportivi Għawdxin u Maltin, iżda wkoll kompetituri barranin. Żiedet tgħid li minbarra l-valur sportiv tal-kompetizzjoni, dawn l-avvenimenti jagħtu spunt għal element ta’ promozzjoni diretta għal Għawdex bħala destinazzjoni turistika billi joffru opportunità biex il-gżira ta’ Għawdex tkun esposta fil-mezzi tax-xandir internazzjonali, speċjalment fil-media sportiva. Il-Ministru Giovanna Debono qalet li din il-kompetizzjoni u attivitajiet sportivi oħra organizzati f’Għawdex joħorġu l-potenzjal tal-gżira b’rabta mat-turiżmu sportiv. Hija sostniet li s-suċċess ta’ dan it-tournament u attivitajiet simili għandhom iservu ta’ bażi biex jiġu organizzati kompetizzjonijiet ta’ dan it-tip fil-gżira ta’ Għawdex. |
| L-Onor. Clyde Puli | qal li l-Gvern qiegħed jgħin lill-għaqdiet sportivi Maltin sabiex ikomplu jikbru kemm fin-numru ta’ membri kif ukoll billi jorganizzaw attivitajiet fuq livell internazzjonali f’pajjiżna. Hawnhekk l-Onor Puli semma l-iskema ta’ turiżmu sportiv għal Għawdex. Hu qal li l-MTFSA hija t-tieni għaqda sportiva li qed tibbenefika minn din l-iskema wara s-suċċess tal-Gozo Grand Sprint li saret ftit tal-jiem ilu. L-Onor. Puli saħaq dwar il-bżonn li f’pajjiżna noħolqu niċeċ ta’ turiżmu sportiv għaliex dan hu l-mod kif il-Maltin ikunu jistgħu jitħarrġu ma’ kompetituri barranin f’pajjiżhom u fl-istess ħin inkunu qed niġbdu turisti ġodda lejn pajjiżna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari fakkar ir-riżultati li Malta qed tikseb permezz ta’ dan l-isport, billi din is-sena pajjiżna rebaħ it-Tazza tad-Dinja tat-Table Football u stqarr li jeħtieġ li nrawmu aktar tfal f’dan l-isport biex inżommu u nibnu fuq is-suċċessi preżenti. |
| Waqt din l-attività, | rappreżentanti tal-Malta Table Football Sports Association ippreżentaw sett komplut għal-logħob ta’ dan l-isport lil numru ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ Għawdxin kif ukoll skejjel f’Għawdex. Dan bil-għan li tiġi promossa l-logħba tat-table football anke fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Għall-FISTF World | Grand Masters 2010 kien hawn preżenti fost l-aqwa plejers mondjali, fosthom ir-rebbieħ tal-aħħar kampjonat dinji l-Ispanjol Carlos Flores u r-rebbieħ tal-kampjonat dinji ta’ taħt id-19-il sena ta’ din is-sena, l-Ispanjol Jose Antonio Gomez Ros. Il-kompetituri Maltin li ħadu sehem kienu Joseph Borg Bonaci rebbieħ tal-kampjonat Mondjali 1994 li kien sar fi Franza, Roderick Sciberras, rebbieħ tal-istess kategorija fl-2003 kif ukoll Mark Gauci, rebbieħ tal-aħħar tliet kampjonati premier. Għal din il-kompetizzjoni kien hawn ukoll il-Head Referee barrani, is-Sur Stefano Tagliaferri. Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni kien l-Ispanjol Carlos Flores. Bħalissa t-tim Malti tat-Table Football huma ċ-champions renjanti tat-Tazza tad-Dinja fl-Isport tat-Table Football. Fil-fatt il-membri tat-tim ipparteċipaw ukoll fil-logħob li sar f’Għawdex fi tmiem din il-ġimgħa. |
| Wara s-suċċess ta’ | din il-kompetizzjoni, l-MTFSA għandha pjanijiet li terġa’ torganizza f’Għawdex, kompetizzjoni akbar is-sena d-dieħla. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003