IL-MEPA TIFFIRMA FTEHIM MAL-KUNSILLI LOKALI BIEX TIFFINANZJA 'L FUQ MINN 1.5 MILJUN EWRO FI PROĠETTI GĦAL TITJIB URBAN
pr2212
29/11/2010
| Total ta' 12-il lokalità | se jibbenefikaw minn aktar minn 1.5 miljun ewro, wara li llum ġew iffirmati l-kuntratti mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tamministra l-Fond ta’ Titjib Urban (UIF. Il-Kuntratt se jkopri finanzjament sħiħ għal 19-il proġett li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja għar-residenti li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet. |
| Il-proġetti għal titjib | urban li qed jiġu ffinanzjati jinkludu it-tisbiħ ta' ġonna pubbliċi u xogħlijiet ta’ pajsaġġi f’Birkirkara, in-Naxxar u l-Mellieħa, l-iżvilupp ta' park rikreattiv fiż-Żurrieq, sistema tal-pannelli solari fil-Qala, tisbieħ tal-promenade ta’ Qui-si-Sana f’Tas-Sliema, xogħlijiet ta’ pavimentar madwar numru ta’ toroq u pjazzez f’Ħal Qormi, fl-Għarb, fl-Msida, fir-Rabat, fil-Mosta u fiż-Żurrieq, u xogħlijiet ta’ tisbieħ fil-football ground f'Birżebbuġa. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco tkellem dwar ir-riforma fil-MEPA mmirata lejn l-effiċjenza, l-kontabilità, l-infurzar u l-konsistenza. Tenna li l-MEPA u l-kunsilli lokali għandhom jibqgħu jaħdmu id f’id biex jaċċertaw proġetti sostenibbli fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Mario de Marco qal li l-Fond għal Titjib Urban huwa investiment fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, li minbarra li jixraqilhom ambjent sostenibbli għal ġid tar-residenti, jixraqilhom ukoll investiment fit-titjib tad-dehra tagħhom għat-tkattir tal-kultura u l-identità. Tenna li kull raħal għandu karatteristiċi uniċi u allura l-investiment fil-lokalitajiet tagħna ifissru wkoll esperjenza ta’ valur mizjud għat-turist li jzur pajjizna. |
| Mario de Marco appella | għal qabza ta’ kwalita’ fi proġetti li jissottomettu l-kunsilli lokali taħt il-Fond għal Titjib Urban (UIF). Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa meħtieġ li kull lokalita’ tiddentifika s-sorsi ewlenin li qed iniġġżu l-arja biex imbgħad isiru proġetti mmirati lejn it-tnaqqis ta’ tniġġiż fil-belt jew raħal partikolari. B’hekk tkun assigurata aħjar is-sostenibbilita’ tal-lokalita’ partikolari. |
| Is-Segretarju | Parlamentari ghall-Gvern Lokali Chris Said ħeġġeġ lill-Kunsilli biex jaħtfu l-opportunitajiet li jeżistu. Hu ħeġġiġhom ukoll biex ihejju pjani fit-tul mibnija fuq is-sostennibilita’. |
| Chris Said qal li l-Fond | għall-Iżvilupp Urban hu biss għodda waħda għad-dispożizzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jgħinuhom jinvestu u jtejbu l-infrastruttura fil-lokalitajiet tagħhom. Bejn l-2009 u l-2011, il-Kunsilli Lokali se jkunu rċevew qrib il-100 miljun ewro bejniethom permezz tal-allokazzjoni finanzjarja annwali, kif ukoll permezz ta’ 23 skema ta’ finanzjament speċjali imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali. B’dawn il-fondi qed jittieħdu 550 proġett jew inizjattiva differenti fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex’. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said enfasizza l-importanza tal-użu bil-għaqal tal-fondi Ewropej f’kuntest lokali. Il-MEUSAC qed jgħin lill-Kunsilli Lokali jfasslu proġetti aħjar u r-rata ta’ suċċess hi waħda għolja. Il-mira għall-2010 kienet li l-Kunsilli Lokali jirnexxilhom jiksbu sitt miljun ewro minn fondi Ewropej; fil-verità dawn digà rnexxilhom jakkwistaw b’kemm jiswew 14-il miljun ewro fi proġetti. |
| Il-Perit | Elena Borg Costanzi, li tmexxi l-kumitat li jissorvelja dawn il-proġetti, qalet li "Sal-lum, il-Fond ta’ Titjib Urban tal-MEPA, li ġie nawgurat fil-2006, investa b’suċċess 7 miljun Ewro għal aktar minn 180-il proġett." Hija żiedet tgħid "Aħna kontinwament nippruvaw noħorġu b'ideat ġodda, infittxu modi ġodda ta' titjib sabiex inħaddnu x-xogħol tagħna fi proġetti aktar ħolistiċi li jiftħu l-bibien għal iktar kunsilli lokali u għall-gvern sabiex jespandu l-orizzonti tagħhom" |
| Il-MEPA qiegġda taħdem | biex tiżgura li l-fondi huma mmexxija b'mod trasparenti u effiċjenti u li l-Kunsilli Lokali li qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-fondi sabiex itejbu l-livell ta' żvilupp sostenibbli fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-UIF ħoloq ukoll opportunità għall-iżvilupp ta' relazzjoni pożittiva fuq il-ħidma li l-kumitat ta' UIF għandu mal-Kunsilli Lokali kollha kif ukoll mal-aġenziji tal-gvern li jissottomettu proġetti għall-fondi. |
| Il-finanzi disponibbli permezz | tal-UIF ġejjin minn taxxi imposti permezz ta’ l-Att għall-Ippjanar li normalment huma ħlasijiet li l-iżviluppaturi huma obbligati li jagħmlu bħala parti minn l-iżvilupp partikolari. Il-UIF juża sistema ta' vetting li tevalwa l-proġetti li huma sottomessi għall-konsiderazzjoni u li għandhom jinkludu stima ċertikifata tal-ispejjeż, li jiddikjara b'mod ċar kif il-finanzjament huwa mistenni mill-UIF. Jekk l-allokazzjoni għal dik il-lokalità partikolari ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-ispiża totali tal-proġett propost, il-proposta għandhom juru b'mod ċar kif il-bqija tal-proġett se jiġi ffinanzjat. Għandhom ukoll jiġu miksuba l-permessi kollha kif ukoll kull awtorizzazzjoni meħtieġa għal kull proġett. |
| Il- MEPA qiegħda tfittex ukoll modi | ġodda biex tagħmel użu minn dawn il-fondi għal livell aktar għoli fil-preservazzjoni, manutenzjoni u restawr ta' siti storiċi tal-villaġġi u bliet tagħna f'Malta u f'Għawdex, partikolarment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' pajsaġġi biex tagħmel użu minn dawn il-fondi għal livell aktar għoli fil-preservazzjoni, manutenzjoni u restawr ta' siti storiċi tal-villaġġi u bliet tagħna f'Malta u f'Għawdex, partikolarment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' pajsaġġi u ta' konservazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003