Left arrow Mur Lura

KITBIET DWAR IT-TEATRIN F’MALTA U GĦAWDEX

pr2211
Date Icon 29/11/2010
Għall-ewwel darba,fis-suq tal-kotba għadha kemm ħarġet il-kompilazzjoni KITBIET DWAR It-TEATRIN, serje ta’ testimonjanzi, intervisti u analiżi dwar dan il-ġeneru popolari li f’Malta żviluppa f’nofs is-seklu dsatax.
Ir-resonanzi għal danil-ġeneru ta’ divertiment palkoxeniku għadhom jinħassu sal-lum, kemm fit-teatri kif ukoll fit-televiżjoni.   Din l-antoloġija unika fiha interventi mill-Professur Joe Friggieri, il-Professur Oliver Friggieri, il-Professur Charles Briffa, Dr Marco Galea, Dr Paul Xuereb,  Immanuel Mifsud, Albert Marshall u Mario Azzopardi, li ħa ħsieb jeditja l-kollezzjoni.  Kitbiet dwar it-Teatrin għandu introduzzjoni tal-Ministru Dolores Cristina, responsabbli ghall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
L-antoloġija hi l-ewwelpubblikazzjoni taċ-Ċentru tad-Drama f’Malta, u nħarġet  bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u d-Dipartiment għall-Edukazzjoni tul il-Ħajja.  Minbarra kitbiet analitiċi, din il-kompilazzjoni tinkludi erba’ intervisti ma’ persuni li lkoll għandhom jew kellhom ‘il fuq minn 90 sena u li lkoll kienu akkaniti għat-teatrin, kemm bħala atturi kif ukoll bħala spettaturi.  Il-ġabra tinkludi ritratti rari li qatt ma kienu ppubblikati qabel u l-kitbiet jesploraw anki l-ġeneru tat-teatrin kif qed jintuża fil-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin.   Hemm ippublikata wkoll ittra li qatt ma xxandret dwar it-teatrin, mibgħuta minn Charles Clews.
Il-ktieb jiċċelebraġeneru teatrali li f’dawn l-aħħar 150 sena jew aktar, involvew ruħhom fih eluf ta’ dilettaneti tal-palk, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.  Fil-volum seminali hemm miġburin kitbiet li jixhdu d-dinamika soċjali u kulturali tat-teatrin fid-diversi għamliet tiegħu, u dan minkejja l-fama notorja u anki denigranti li akkwista minn ċerti nħawi  fi żmenijiet reċenti.
Il-mistoqsija ċentralitrattata f’Kitbiet dwar it-Teatrin, hi jekk dan il-ġeneru jistax jiżviluppa f’idjoma lokali sofistikata.  Kif tosserva l-Ministru Cristina fid-daħla tagħha, il-kontinwita’ tat-teatrin m’hijiex prerogattiva tal-politiċi iżda tal-artisti u l-intellettwali, u jridu jkunu huma li joffru sens ta’ direzzjoni.
‘Kitbiet dwar it-Teatrin’jinkiseb mingħand il-Merlin Library ta’ Blata l-Bajda kif ukoll direttament miċ-Ċentru tad-Drama  (tel: 21-220-665) fil-ħinijiet tal-uffiċċju.   Il-ktieb jista’ jinkiseb ukoll mill-istess Ċentru bil-posta, billi jintbagħat ċekk ta’ €12 (li jkopri anki l-posta) maħruġ fuq Malta Drama Centre. L-istudenti universitarji jistgħu jakkwistaw il-ktieb bi prezz imraħħas mill-uffiċċju tal-Professur Charles Briffa fil-binja tal-Old Humanities.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow