KITBIET DWAR IT-TEATRIN F’MALTA U GĦAWDEX
pr2211
29/11/2010
| Għall-ewwel darba, | fis-suq tal-kotba għadha kemm ħarġet il-kompilazzjoni KITBIET DWAR It-TEATRIN, serje ta’ testimonjanzi, intervisti u analiżi dwar dan il-ġeneru popolari li f’Malta żviluppa f’nofs is-seklu dsatax. |
| Ir-resonanzi għal dan | il-ġeneru ta’ divertiment palkoxeniku għadhom jinħassu sal-lum, kemm fit-teatri kif ukoll fit-televiżjoni. Din l-antoloġija unika fiha interventi mill-Professur Joe Friggieri, il-Professur Oliver Friggieri, il-Professur Charles Briffa, Dr Marco Galea, Dr Paul Xuereb, Immanuel Mifsud, Albert Marshall u Mario Azzopardi, li ħa ħsieb jeditja l-kollezzjoni. Kitbiet dwar it-Teatrin għandu introduzzjoni tal-Ministru Dolores Cristina, responsabbli ghall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. |
| L-antoloġija hi l-ewwel | pubblikazzjoni taċ-Ċentru tad-Drama f’Malta, u nħarġet bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u d-Dipartiment għall-Edukazzjoni tul il-Ħajja. Minbarra kitbiet analitiċi, din il-kompilazzjoni tinkludi erba’ intervisti ma’ persuni li lkoll għandhom jew kellhom ‘il fuq minn 90 sena u li lkoll kienu akkaniti għat-teatrin, kemm bħala atturi kif ukoll bħala spettaturi. Il-ġabra tinkludi ritratti rari li qatt ma kienu ppubblikati qabel u l-kitbiet jesploraw anki l-ġeneru tat-teatrin kif qed jintuża fil-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin. Hemm ippublikata wkoll ittra li qatt ma xxandret dwar it-teatrin, mibgħuta minn Charles Clews. |
| Il-ktieb jiċċelebra | ġeneru teatrali li f’dawn l-aħħar 150 sena jew aktar, involvew ruħhom fih eluf ta’ dilettaneti tal-palk, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fil-volum seminali hemm miġburin kitbiet li jixhdu d-dinamika soċjali u kulturali tat-teatrin fid-diversi għamliet tiegħu, u dan minkejja l-fama notorja u anki denigranti li akkwista minn ċerti nħawi fi żmenijiet reċenti. |
| Il-mistoqsija ċentrali | trattata f’Kitbiet dwar it-Teatrin, hi jekk dan il-ġeneru jistax jiżviluppa f’idjoma lokali sofistikata. Kif tosserva l-Ministru Cristina fid-daħla tagħha, il-kontinwita’ tat-teatrin m’hijiex prerogattiva tal-politiċi iżda tal-artisti u l-intellettwali, u jridu jkunu huma li joffru sens ta’ direzzjoni. |
| ‘Kitbiet dwar it-Teatrin’ | jinkiseb mingħand il-Merlin Library ta’ Blata l-Bajda kif ukoll direttament miċ-Ċentru tad-Drama (tel: 21-220-665) fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Il-ktieb jista’ jinkiseb ukoll mill-istess Ċentru bil-posta, billi jintbagħat ċekk ta’ €12 (li jkopri anki l-posta) maħruġ fuq Malta Drama Centre. L-istudenti universitarji jistgħu jakkwistaw il-ktieb bi prezz imraħħas mill-uffiċċju tal-Professur Charles Briffa fil-binja tal-Old Humanities. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003