Il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg jiffirma ftehim dwar il-viżas mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstrijak
pr2209
29/11/2010
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Dr Tonio Borg iffirma ftehim importanti dwar il-viżas mal-Astrija matul żjara uffiċjali f’Malta li għamel Dr. Michael Spindelegger, Ministru Federali għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tal-Awstrija. L-iffirmar seħħ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. |
| Waqt li kien qed | jindirizza l-midja, Dr Tonio Borg qal li dan huwa t-tieni ftehim tax-xorta tiegħu; u ser jieħu post dak li kien ġie ffirmat fl-2004. Dan il-ftehim jirrapreżenta strument ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viżas. Għandu wkoll jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżas mill-awtoritajiet Awstrijaċi li ser ikunu qed jirrapreżentaw il-Gvern Malti f’numru sostanzjali ta’ pajjiżi fid-dinja. Dan minħabba n-numru limitat ta’ ambaxxati Maltin li pajjiżna għandu madwar id-dinja. |
| Ir-relazzjonijiet bejn | iż-żewġ pajjiżi kienu kkaratterizzati minn numru ta’ ftehim bilaterali, li kienu fl-interess taż-żewġ naħat, kif ukoll minn numru ta’ żjajjar bejn Malta u l-Awstrija. |
| Il-Viċi Prim Ministru | enfasizza r-rabtiet kummerċjali ta’ negozju w investiment li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. L-investiment dirett barrani Awstrijak preżenti f’pajjiżna huwa wieħed konsiderevoli. Numru sostanzjali ta’ banek Awstrijaċi joperaw f’pajjiżna, u li magħhom jħaddmu numru ta’ gradwati Maltin. Il-preżenza ta’ numru ta’ banek f’Malta hija turija ċara tal-viżjoni tal-Gvern sabiex jagħmel minn pajjiżna ċentru għas-settur finanzjarju. |
| Dr Tonio Borg għamel | referenza għas-sehem maġoritarju tal-ajruport ta’ Vjenna fil-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Din is-sħubija strateġika hija prova tar-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Awstrija. Ta’ min wieħed ukoll jinnota li hawn numru ta’ kumpaniji tal-I-gaming betting li joperaw f’Malta, kif ukoll, numru żgħir ta’ kumpaniji industrijali, primarjament bi speċjalizazzjoni fl-injection moulding, l-elettronika u l-farmaċewtika. |
| Il-Viċi Prim Ministru | qal li l-kumpaniji Awstrijaċi jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri Malta, partikolarment sabiex isservi bħala pjattaforma sabiex jitkabbar in-negozju mal-Afrika ta’ Fuq. Huwa rrefera għal kumpanija ewlenija Awstrijaka, il-VAOS Limited, li topera kemm minn Malta kif ukoll minn Tripli. Din hija kumpanija li topera fil-qasam tas-servizzi tal-inġinerija, partikolarment fis-settur taz-zejt bi klijenti Libjani. |
| L-Ambaxxata Maltija fi | Vjenna hija għodda importanti fit-tisħiħ ta’ din il-kollaborazzjoni. Din taħdem sabiex tippromwovi lil Malta fis-settur tat-turiżmu u l-investiment. Wieħed irid ifakkar il-promozzjoni li ħadet Malta fl-organizzazzjoni ta’ Business Forum, li ttella’ din is-sena fl-Awstrija. |
| It-taħdidiet bejn | iż-żewġ naħat ikkonċentraw fuq setturi oħra ta’ importanza, inkluż it-turiżmu u l-kultura. F’dan ir-rigward, il-Viċi Prim Ministru rrefera għall-iffirmar ta’ ftehim f’Lulju tal-2010 bejn l-AirMalta u l-Austrian Airlines. Dan wassal għal żieda fit-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi, li issa jlaħħqu sitta fil-ġimgħa. Mhemmx dubbju, li din iż-żieda tissarraf f’opportunita’ għall-Awstrijaċi sabiex jżuru pajjiżna, u l-Maltin iżuru l-Awstrija. Dr Borg għamel ukoll referenza għas-settur tat-tagħlim tal-Ingliż f’Malta, li wkoll joffri opportunita’ lill-istudenti Awstrijaċi żgħażagħ u ta’ eta’ sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom fl-Ingliż. |
| Matul it-taħdidiet, | il-Viċi Prim Ministru semma’ il-preparamenti li qed jagħmel pajjiżna sabiex jospita t-tieni 5+5 Dialogue Summit tal-Mexxejja tal-Istati u Gvernijiet is-sena d-dieħla. Dan, huwa qal, jikkostitwixxi avveniment importanti għal pajjiżna, u jsegwi numru ta’ konferenzi oħra li ġew organizzati f’pajjiżna, fosthom dik tal-Organizzazzjoni tas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa f’Ottubru u oħra tal-Alliance of Civilisations tan-Nazzjonijiet Uniti dan ix-xahar stess. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003