Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità waqt IT-TNEDIJA taL-POLITIKA NAZZJONALI DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI GĦALL-GŻEJJER MALTIN – SAN ĠILJAN – IL-ĠIMGĦA, 26 TA’ Novembru 2010
pr2205
26/11/2010
| Onorevoli Ministri, membri parlamentari, kollegi, | ħbieb, |
| Grazzi | talli aċċettajtu l-istedina tagħna sabiex tattendu għal dan is-seminar li fih se nvaraw il-Politika Nazzjonali dwar Is-Saħħa Sesswali għall-Gżejjer Maltin. Inħossni kburi u privileġġat li bħala Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qiegħed inniedi din il-politika li kien hemm stennija twila għaliha. |
| Fi ħdan | it-totalita’ tal-bniedem u s-saħħa ħolistika tiegħu, is-saħħa sesswali hija element integrali li timmerita attenzjoni xierqa. Jiena fiduċjuż li din il-policy se tagħmel proprju dan. Fiduċjuż ukoll li dan se jsir b’rispett lejn kull aspett tas-sesswalita’ tagħna u lejn id-diversita’ li tagħmilna lkoll umani. |
| Ħa | nagħmilha ċara mill-bidu - din hija politika (policy) u mhux strateġija (strategy) u nispera li kulħadd jifhem id-differenza. Fuq il-politika se nibnu l-istrateġija u dan se nagħmluh flimkien. Għalhekk dan is-seminar u għalhekk l-istedina tagħna. |
| Kienet | tkun prużunzjoni u arroganza minn naħa tagħna li kieku imponejna l-ħsibijiet tagħna fuq ħaddieħor. Speċjalment fid-dawl li għad irridu nibnu bażi soda ta’ riċerka xjentifika nazzjonali li tista’ twassalna biex nieħdu deċiżjonijiet li jwasslu għal strateġija mmirata lejn ir-realtajiet ta’ pajjiżna. |
| Nispera | li issa, bl-istess mod, ħadd ma’ jippretendi li għandna nimponu l-idejat tiegħu jew tagħha fuq ħaddieħor. Dan qed ngħidu għaliex biex wasalna s’hawn għaddejna minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ ħsibijiet u opinjonijiet differenti sabiex jiġi determinat bilanċ - bilanċ bejn ir-realtajiet ta’ prattiċi u valuri sesswali differenti ta’ pajjiżna, u dan qed tagħmlu bl-aktar mod konxju u responsabbli. |
| Naħseb | li lkoll naqblu li dan huwa suġġett delikat ferm għaliex il-politika sesswali m’hijiex biss fuq l-aspett fiżiku u din m’hijiex politika fuq il-kontraċettivi jew il-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard biss, imma hija politika fuq IS-SAĦĦA sesswali integrali u ħolistika ta’ KULL individwu. Dik li bl-Ingliż tissejjaħ SEXUAL WELL BEING. |
| Il-formazzjoni ta’ kull politika trid tkun ibbażata | fuq prinċipji. Din il-politika hija bbażata fuq prinċipji ċari. Jispikkaw il-prinċipji tad-drittijiet u responsabbiltajiet indivdwali u soċjali tal-bniedem, sostnuti mill-valuri tar-rispett u d-dinjita’ lejn il-ħajja umana mill-bidu tagħha, u fuq it-twemmin ta’ relazzjonijiet stabbli f’soċjeta’ b’saħħitha, li minn naħa tagħha tirrispettad-diversita’ sesswali, soċjali, reliġjuża u kulturali. |
| Xi ħadd | qalli li meta taħdem fuq proġett bħal dan, daqs li kieku tkun qed tibni dgħajsa. Tista’ ddum taħdem fuqha kemm trid, jekk ma’ tvarahiex fil-baħar, ma’ tkunx taf jekk tagħmilx ilma. Illum varajna d-dagħjsa. Fiduċjużi li m’hijiex ser tagħmel ilma, imma fil-każ fiduċjużi wkoll li hemm intom tikkontribwixxu, tgħinuna nidentifikaw l-aħjar mod li bih nistgħu nindirrizzaw l-issues li għandna bżonn niċċaraw hekk kif tibda miexja din id-dgħajsa. Jekk naħdmu lkoll flimkien, bħalma qegħdin ilkoll flimkien hawnhekk illum – Ministeri differenti, għaqdiet politiċi, soċjali, il-knisja, l-imsieħba soċjali kollha – bid-diversitajiet kollha tagħna, żgur li kapaċi nżommu din id-dgħajsa f’wiċċ l-ilma u naraw li tasal fejn lkoll nixtiequha tasal. |
| Naħseb | li jkun għajb għalina bħala soċjeta’ jekk fl-entużjażmu tagħna biex naslu għall-iżvilupp ta’ strateġija, issa li varajna din il-politika, naħsbu li nistgħu nagħmlu kollox malajr ħafna. Biex nkunu ĊERTI li smajna lil kulħadd, li indirizzajna l-bżonnijiet ta’ kulħadd, fid-diversita’ kollha li nsibu fis-soċjeta’ tagħna llum, irridu veru, bil-fatti nagħtu ċans lil kulħadd. |
| Illum se | jibdew diversi workshops li minnhom persważ li se joħroġ ħafna ġid, għax kulħadd ser jingħata ċ-ċans, f’kuntest li jirrespetta lil KULĦADD. Bil-valuri tal-parteċipazzjoni u tar-rispett biss nistgħu nagħmlu dan l-ewwel pass li se jeħodna fil-vjaġġ tagħna lejn l-iżvilupp tal-istrateġija sussegwenti dwar is-saħħa sesswali. |
| Sinċerament nappellalkhom biex tkunu parteċipi f’dan | il-vjaġġ tagħna u minn qalbi nirringrazjakom tal-preżenza tagħkom li nassigurakhom li tfisser ħafna għalija u għat-tim kollu tiegħi. |
Grazzi
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003