IKKUNDANNAT ATT VANDALU FIL-ĠONNA TA’ SAN ANTON
pr2204
26/11/2010
| Il-Ministeru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkundanna bil-qawwa kollha l-Att vandalu li seħħ kmieni dalgħodu fil-ġonna ta’ San Anton. Hija ħasra li persuni irresponsabbli lesti jagħmlu dan l-att fi propjeta’ pubblika li sservi ta’ post għar-rikreazzjoni għall-familji. |
| Mill-investigazzjonijiet | li saru sa issa jidher li l-ispiża biex tiġi rranġata l-ħsara hija ta’ €3,500. Ħaddiema mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali llum stess bdew xogħlijiet ta’ tiswija. Intant illum sar ukoll rapport lill-pulizija sabiex tinvestiga l-każ. |
| Il-Gvern filwaqt li | jibqa’ determinat li jkompli għaddej bi programm estensiv ta’ tisbiħ u restawr f’pajjiżna jappella lil kulħadd sabiex inħarsu l-wirt storiku tagħna. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003