Left arrow Mur Lura

IL CORE GROUP TAL MEUSAC JIDDISKUTI L-POLITIKA TAL-KUMMERĊ TAL-UNJONI EWROPEA BĦALA ELEMENT PRINĊIPALI MILL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020

pr2203
Date Icon 26/11/2010
Fl aħħar laqgħa talCore Group tal MEUSAC għal din is sena, li saret illum il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru 2010, ġew diskussi l Politika Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u d Direttiva dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, magħrufa aħjar bħala d Direttiva WEEE.
Il-PolitikaKummerċjali tal-UE u l-Istrateġija Ewropa 2020
Fil preżentazzjonidwar il Politika tal UE dwar il Kummerċ, Dott. Joseph Bugeja, Direttur għall Affarijiet Ekonomiċi Internazzjonali fil Ministeru tal Finanzi, l Ekonomija u l Investiment, spjega kif din il politika tirrikonoxxi s sehem importanti tal kummerċ fit tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklussiv li hu l-qofol tal-Istrateġija Ewropa 2020. Biex tiżdied l effiċjenza u l aċċess għas suq tal kummerċ tal UE ma’ pajjiżi terzi, għandu jeħfief dejjem iktar il proċess u jitneħħew l ostakli li jeżistu. Hu qal li l prijorità tal UE f’dan il qasam hi li jsiru ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ kemm jista’ jkun pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u b’mod partikolari mas swieq il kbar u emerġenti. Bħalissa qed jiġu negozjati ftehimiet mal Libja, il Brażil, l Ilvant Imbiegħed, il Ġappun, ir Russja, l Indja u l Amerka. L UE toffri wkoll għodda lill investituri Ewropej biex ikunu jafu s sitwazzjoni kummerċjali f’pajjiżi li jesportaw lejhom u jkollhom salvagwardji għar riskji tagħhom. Aspett importanti ieħor ta’ dawn il ftehimiet huwa li ħafna drabi l-UE, fil-ftehimiet li tinnegozja, iddaħħal l-obbligu li jitħarsu dejjem iktar id drittijiet tal bniedem u d dritt għal xogħol deċenti fil pajjiżi li magħhom isir il ftehim.
Il membri preżentigħal laqgħa semmew dawn il punti:
• Huwa pożittiv li lUE taħdem biex jitħares il mudell soċjali li għandha u li jittieħdu kunsiderazzjonijiet nazzjonali fl importazzjoni tal prodotti; • Hemm bżonn ta’ iktar koperazzjoni bejn l Istati Membri biex ma jidħlux prodotti fl UE li ma jkunux skont l istandards Ewropej u li jagħmlu ħsara lis suq intern; • L UE għandha tfittex swieq ġodda biex tbigħ “l ekonomija ħadra” tagħha; • Għandhom isiru iktar sforzi biex l investituri jkollhom iktar informazzjoni u direzzjoni dwar il kummerċ potenzjali f’pajjiżi terzi; • L intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jeħtieġ ikunu megħjuna permezz ta’ għodda ta’ informazzjoni biex permezz ta’ riċerka tas suq ikunu jafu d dinamika tas suq ta’ pajjiżi terzi. Dott. Bugeja kkonkluda billi fost l oħrajn qal li jeħtieġ li l kumpaniji jagħtu iktar rispons lill Ministeru dwar il problemi li jiltaqgħu magħhom biex dawn ikunu megħjuna.

Id-Direttiva WEEE

Is Sur MartinSeychell, Direttur għall Promozzjoni tal Ambjent fil MEPA tkellem dwar l implimentazzjoni f’Malta tad Direttiva WEEE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Huwa qal li d Direttiva tpoġġi r responsabbiltà tal produzzjoni tal iskart fuq il produtturi, mhux biss li jirriċiklaw imma li jixtru lura prodotti riċiklabbli bħala riżorsa. Huwa tkellem dwar l obbligi tal Istat u tal produtturi għall monitoraġġ tal prodotti li jkunu riċiklati u dwar id dritt tal konsumaturi li jittieħdilhom apparat qadim bla ħlas meta jkunu xtraw apparat ġdid. Qal li peress li f’Malta s suq huwa żgħir, hu importanti li l produtturi jingħaqdu flimkien. Huwa kompla jispjega li Malta qed tipprepara strateġija dwar l-implimentazzjoni tal-immaniġġjar tal-WEEE u li dan il-pjan għandu joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-bidu tas-sena d-dieħla. Sa issa diġà ġew provduti numru ta’ faċilitajiet għall-konsumaturi biex jinġabar dan l-iskart biex isir l-aħjar użu minnu permezz tas-Civic Amenity Sites u l-ħidma tal-kunsilli lokali. Issemmiet ukoll il-problema ta’ kontroll ta’ dawn il-prodotti minħabba li numru minnhom jinxtraw mill-internet u l-attenzjoni li trid tingħata biex il-materjali riċiklabbli fihom jiġu żarmati minnhom meta jintremew. Is-Sur Seychell qal li l-Gvern qed jinvesti iktar biex jimplimenta d-Direttiva b’mod partikolari permezz ta’ riżorsi umani. Għall-kummenti tal-membri li enfasizzaw il-bżonn tal-infurzar ta’ liġijiet bħal dawn, is-Sur Seychell qal li minbarra li l-uffiċjali fid-Direttorat għall-Ambjent se jiżdiedu b’50%, qed issir ukoll ħidma biex l-ispetturi tal-immaniġġjar tal-iskart ikollhom iktar saħħa fl-infurzar.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Dott. Chris Said, li mexxa l-laqgħa, ikkonkluda billi qal li Malta għamlet qabża kbira ‘l quddiem fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart u minbarra ż-żieda fir-riżorsi tad-Direttorat għall-Ambjent jeħtieġ li l-imsieħba kollha jaħdmu flimkien ħalli pajjiżna jkomli jimxi ‘l quddiem.
Preżenti għal-laqgħa,kien hemm ukoll:
Dott. Vanni Xuereb (Kaptal-MEUSAC), l-Ambaxxatur John Paul Grech (Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin), is-Sur Joe Fenech (Direttur għall-Affarijiet tal-UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sinjura Sylvia Gauci (Segretarju Esekuttiv, MCESD), Dott. Joe Mifsud (Partit Laburista), il-Perit Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Joe. Grech (Kumitat Reġjonali għal Għawdex), l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), is-Sur Joe Tanti (MHRA), is-Sur Joe Farrugia (MEA), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur John Bencini (For.U.M.), is-Sur Jesmond Bonello (UĦM), is-Sur Ben Rizzo u s-Sur Gino Schiavone (Soċjetà Ċivili) u Dott. Diane Farrugia (Kap-Konsultazzjoni MEUSAC u segretarju tal-Core Group). Kienu preżenti wkoll xi membri sostituti, membri oħra tal-istaff tal-MEUSAC, tas-Segretarjat għall-UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, il-Malta Enterprise, il-MEPA u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow