IL CORE GROUP TAL MEUSAC JIDDISKUTI L-POLITIKA TAL-KUMMERĊ TAL-UNJONI EWROPEA BĦALA ELEMENT PRINĊIPALI MILL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020
pr2203
26/11/2010
| Fl aħħar laqgħa tal | Core Group tal MEUSAC għal din is sena, li saret illum il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru 2010, ġew diskussi l Politika Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u d Direttiva dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, magħrufa aħjar bħala d Direttiva WEEE. |
| Il-Politika | Kummerċjali tal-UE u l-Istrateġija Ewropa 2020 |
| Fil preżentazzjoni | dwar il Politika tal UE dwar il Kummerċ, Dott. Joseph Bugeja, Direttur għall Affarijiet Ekonomiċi Internazzjonali fil Ministeru tal Finanzi, l Ekonomija u l Investiment, spjega kif din il politika tirrikonoxxi s sehem importanti tal kummerċ fit tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklussiv li hu l-qofol tal-Istrateġija Ewropa 2020. Biex tiżdied l effiċjenza u l aċċess għas suq tal kummerċ tal UE ma’ pajjiżi terzi, għandu jeħfief dejjem iktar il proċess u jitneħħew l ostakli li jeżistu. Hu qal li l prijorità tal UE f’dan il qasam hi li jsiru ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ kemm jista’ jkun pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u b’mod partikolari mas swieq il kbar u emerġenti. Bħalissa qed jiġu negozjati ftehimiet mal Libja, il Brażil, l Ilvant Imbiegħed, il Ġappun, ir Russja, l Indja u l Amerka. L UE toffri wkoll għodda lill investituri Ewropej biex ikunu jafu s sitwazzjoni kummerċjali f’pajjiżi li jesportaw lejhom u jkollhom salvagwardji għar riskji tagħhom. Aspett importanti ieħor ta’ dawn il ftehimiet huwa li ħafna drabi l-UE, fil-ftehimiet li tinnegozja, iddaħħal l-obbligu li jitħarsu dejjem iktar id drittijiet tal bniedem u d dritt għal xogħol deċenti fil pajjiżi li magħhom isir il ftehim. |
| Il membri preżenti | għal laqgħa semmew dawn il punti: |
| • Huwa pożittiv li l | UE taħdem biex jitħares il mudell soċjali li għandha u li jittieħdu kunsiderazzjonijiet nazzjonali fl importazzjoni tal prodotti; • Hemm bżonn ta’ iktar koperazzjoni bejn l Istati Membri biex ma jidħlux prodotti fl UE li ma jkunux skont l istandards Ewropej u li jagħmlu ħsara lis suq intern; • L UE għandha tfittex swieq ġodda biex tbigħ “l ekonomija ħadra” tagħha; • Għandhom isiru iktar sforzi biex l investituri jkollhom iktar informazzjoni u direzzjoni dwar il kummerċ potenzjali f’pajjiżi terzi; • L intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jeħtieġ ikunu megħjuna permezz ta’ għodda ta’ informazzjoni biex permezz ta’ riċerka tas suq ikunu jafu d dinamika tas suq ta’ pajjiżi terzi. Dott. Bugeja kkonkluda billi fost l oħrajn qal li jeħtieġ li l kumpaniji jagħtu iktar rispons lill Ministeru dwar il problemi li jiltaqgħu magħhom biex dawn ikunu megħjuna. |
Id-Direttiva WEEE
| Is Sur Martin | Seychell, Direttur għall Promozzjoni tal Ambjent fil MEPA tkellem dwar l implimentazzjoni f’Malta tad Direttiva WEEE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Huwa qal li d Direttiva tpoġġi r responsabbiltà tal produzzjoni tal iskart fuq il produtturi, mhux biss li jirriċiklaw imma li jixtru lura prodotti riċiklabbli bħala riżorsa. Huwa tkellem dwar l obbligi tal Istat u tal produtturi għall monitoraġġ tal prodotti li jkunu riċiklati u dwar id dritt tal konsumaturi li jittieħdilhom apparat qadim bla ħlas meta jkunu xtraw apparat ġdid. Qal li peress li f’Malta s suq huwa żgħir, hu importanti li l produtturi jingħaqdu flimkien. Huwa kompla jispjega li Malta qed tipprepara strateġija dwar l-implimentazzjoni tal-immaniġġjar tal-WEEE u li dan il-pjan għandu joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-bidu tas-sena d-dieħla. Sa issa diġà ġew provduti numru ta’ faċilitajiet għall-konsumaturi biex jinġabar dan l-iskart biex isir l-aħjar użu minnu permezz tas-Civic Amenity Sites u l-ħidma tal-kunsilli lokali. Issemmiet ukoll il-problema ta’ kontroll ta’ dawn il-prodotti minħabba li numru minnhom jinxtraw mill-internet u l-attenzjoni li trid tingħata biex il-materjali riċiklabbli fihom jiġu żarmati minnhom meta jintremew. Is-Sur Seychell qal li l-Gvern qed jinvesti iktar biex jimplimenta d-Direttiva b’mod partikolari permezz ta’ riżorsi umani. Għall-kummenti tal-membri li enfasizzaw il-bżonn tal-infurzar ta’ liġijiet bħal dawn, is-Sur Seychell qal li minbarra li l-uffiċjali fid-Direttorat għall-Ambjent se jiżdiedu b’50%, qed issir ukoll ħidma biex l-ispetturi tal-immaniġġjar tal-iskart ikollhom iktar saħħa fl-infurzar. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Dott. Chris Said, li mexxa l-laqgħa, ikkonkluda billi qal li Malta għamlet qabża kbira ‘l quddiem fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart u minbarra ż-żieda fir-riżorsi tad-Direttorat għall-Ambjent jeħtieġ li l-imsieħba kollha jaħdmu flimkien ħalli pajjiżna jkomli jimxi ‘l quddiem. |
| Preżenti għal-laqgħa, | kien hemm ukoll: |
| Dott. Vanni Xuereb (Kap | tal-MEUSAC), l-Ambaxxatur John Paul Grech (Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin), is-Sur Joe Fenech (Direttur għall-Affarijiet tal-UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sinjura Sylvia Gauci (Segretarju Esekuttiv, MCESD), Dott. Joe Mifsud (Partit Laburista), il-Perit Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Joe. Grech (Kumitat Reġjonali għal Għawdex), l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), is-Sur Joe Tanti (MHRA), is-Sur Joe Farrugia (MEA), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur John Bencini (For.U.M.), is-Sur Jesmond Bonello (UĦM), is-Sur Ben Rizzo u s-Sur Gino Schiavone (Soċjetà Ċivili) u Dott. Diane Farrugia (Kap-Konsultazzjoni MEUSAC u segretarju tal-Core Group). Kienu preżenti wkoll xi membri sostituti, membri oħra tal-istaff tal-MEUSAC, tas-Segretarjat għall-UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, il-Malta Enterprise, il-MEPA u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003