Left arrow Mur Lura

ISSIR l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għar-Ristrutturar tal-Air Malta

pr2198
Date Icon 26/11/2010
Illumis-26 ta’ Novembru 2010, iltaqa’ għall-ewwel darba il-Kumitat għar-Ristrutturar tal-Air Malta, fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Għal dinil-laqgħa, li tmexxiet mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, kienu preżenti wkoll rappreżentanti tal-Air Malta, tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, tal-Oppożizzjoni, tal-General Workers’ Union (GWU), tal-Airline Pilots' Association (ALPA), tal-Union of Cabin Crew (UCC), kif ukoll tal-Association of Airline Engineers (AAE).
Il-Kumitat qabel fuq it-Terms of Referencetiegħu:
a.    Lijassigura li fiż-żmien stabbilit jiġi preżentat pjan ta’ ristrutturar li jagħti vijabilità u li jiġi aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea;
b.   Lijiddiskuti dan il-pjan fil-formolazzjoni tiegħu bil-għan li jintlaħaq ftehim;
ċ.   Lijsegwi l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan.
Il-kumpanija għandha tippreżenta proposta ta’ pjanta’ ristrutturar, li jfittex li jassigura l-vijabilità tal-kumpanija fit-tul, u li jinkludi:

·     Analizi tad-daqs meħtieġ fl-operat tal-Air Malta f’termini ta’ flotta u rotot li għandha żżomm;

·     Pjan ta’ tnaqqis ta’ spejjeż biex iġibu l-operazzjoni tal-Air Malta fil-livelli aċċettabbli għad-daqs u l-missjoni li hi għandha taqdi u li bihom tkun tista’ tikkompeti;

·     Pjan ta’ titjib fl-operat kummerċjali tagħha, inkluż kif se ttejjeb d-dħul tal-kumpanija b’analiżi aktar strateġika tas-swieq li topera fihom u l-mudelli li bihom għandha topera;

·        Determinazzjoni tal-livelli ta’ impjiegi u ħiliet meħtieġa għal-livell ta’ operat li jiġi determinat;

Waqt li l-Kumitat għandu jfittex li jasal għall-konsensus, fin-nuqqas ta’ dan, il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà li jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow