DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP, RIĊERKA U TAĦRIĠ – IL-FURJANA – IL-ĠIMGĦA 26 TA’ NOVEMBRU 2010
| Il-Gvern | dejjem stqarr bl-aktar mod ċar li l-akbar riżorsa li għandna Malta hija r-riżorsa umana. Illum qegħdin ninsġu inizjattiva oħra max-xibka li diġà għandna biex ninvestu aktar fir-riżorsi umani tagħna. |
| Ilkoll | kemm aħna, xi darba jew oħra smajna kritika fuq is-Servizz Pubbliku; kritika li tweġġa’ lil min jaqdi dmiru bl-aktar mod serju. Hu d-dmir ta’ kull impjegat li jagħti l-ħidma ta’ kuljum bl-iżjed mod effiċjenti. Fl-istess waqt hu dmir tal-Gvern li jipprovdi l-għodda biex il-ħidma ta’ kuljum tkun akkumpanjata mill-aħjar taħriġ possibbli. |
| Tul | is-snin investejna għax emminna fil-potenzjal tal-ħaddiema tagħna. Permezz tal-iStaff Development Organisation, l-SDO, nedejna programmi estensivi ta’ taħriġ u żvilupp. Illum qed nibnu fuq dak li ksibna. Qed ninvestu fil-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku għax nemmnu li għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna, biex jagħtu servizz effiċjenti lill-pubbliku u biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom. |
| L-okkażjoni tal-lum hi espressjoni ċara | tal-investiment li l-Gvern qiegħed jagħmel fis-Settur Pubbliku. Nistennew li naqtgħu l-frott minn dan l-investiment billi jingħata servizz aħjar lill-klijenti u valur xieraq għall-investiment totali. |
| Id-dinja | tat-tagħlim illum ħadet dimensjoni li qatt ma rajna bħala. F’pajjiżna qed jiżdiedu l-istituzzjonijiet u l-opportunitajiet edukattivi. Il-korsijiet fl-Università ta’ Malta qed jiżdiedu kull sena. Għandna l-preżenza ta’ Universitajiet barranin li qegħdin joffru kwalifiki f’Malta. Qegħdin ninvestu fl-iżvilupp tal-MCAST biex ikollna aktar taħriġ fil-livelli vokazzjonali. Għandna qafas ta’ kwalifiki li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki juża biex jassigura li kull kors ikun ċertifikat skont kriterji internazzjonali. |
| Dan | iċ-Ċentru għandu japprofitta mill-infrastruttura edukattiva li hawn f’Malta u jaħdem biex jistabbilixxi allejanzi strateġiċi biex nikkonsolidaw ir-riżorsi eżistenti u mhux jipprova jaqdef għal rasu. Ir-riżorsi tal-Università, tal-MCAST u tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni huma riżorsi nazzjonali. |
| Din | l-istituzzjoni ġdida trid tkun sensittiva u kreattiva biex toffri kwalifiki li mhux bilfors jintlaħqu fuq terminu fiss, kif aħna mdorrijin fl-Università. Permezz ta’ credits li jistgħu jiġu akkumulati fuq perijodu itwal ta’ żmien ikunu rikonoxxuti l-impenji tax-xogħol u tal-familja ta’ kull individwu u ma tixxekkilx l-opportunità ta’ tagħlim offrut. |
| Huwa | għalhekk ta’ importanza kbira li dan iċ-Ċentru ma jibqax imwaħħal fil-passat imma jħares lejn l-isfidi tal-ġejjieni. |
| Irid | ikun il-Kulleġġ ta’ Taħriġ tal-Gvern fejn joffri korsijiet li jwasslu għal kwalifiki li l-amministrazzjoni pubblika għandha bżonn biex twettaq il-ħidma tagħha b’aktar professjonalità. |
| Irid | jistimola l-innovazzjoni, il-kreattività, ir-riċerka u jservi sew is-Servizz Pubbliku kif ukoll is-Settur Pubbliku. |
| Iċ-Ċentru, li qed ninawguraw illum, għandu jkun | l-ewwel punt ta’ riferenza għall-entitajiet kollha meta jridu jfasslu xi taħriġ speċjalizzat għall-impjegati tagħhom biex b’hekk ikun hemm ko-ordinazzjoni effettiva u anqas spejjeż. |
| Dan | iċ-Ċentru li qiegħed jiġi mwelled f’ambjent ta’ opportunitajiet kbar, diġà kiseb fondi mill-Unjoni Ewropea biex jitħejja Training Needs Analysis liema inizjattiva qegħda tiġi meħuda mal-istituzzjoni prestiġġjuża tal-Ecole Nationale de Paris. U hekk irid ikompli jagħmel biex tassew ikollna Ċentru ta’ livell għoli. |
| Irridu | nassiguraw li kull kors li jiġi provdut ikun konformi mall-European Credit Transfer System (ECTS) biex hekk kull impjegat ikollu kwalifika rikonoxxuta. |
| Kull | uffiċjal pubbliku issa qed jingħata opportunità biex jiżviluppa ħiliet ġodda u jispeċjalizza f’qasam partikulari permezz ta’ parteċipazzjoni f’korsijiet speċjalizzati. L-esperjenza wriet li l-Amministrazzjoni Pubblika teħtieġ uffiċjali mħarrġa sew u kwalifikati f’oqsma speċjalizzati bħal finanzi, informatika, fl-immaniġġjar ta’ riżorsi umani u fuq liġijiet u proċeduri tal-Unjoni Ewropea fost oħrajn. L-ispeċjalizzazzjoni saret neċessità fid-dinja tal-lum u ħadd ma jista’ jistrieħ fuq l-esperjenza tal-passat biss. |
| Illum | qegħdin niċċelebraw investiment sostanzjali fit-taħriġ, fl-edukazzjoni, fil-ħaddiema, meta sħabna fl-Ewropa sfortunatament qegħdin iħabbru miżuri ta’ awsterità. Pajjiżi ġirien tagħna intlaqtu b’mod aħrax mill-klima ekonomika u qegħdin inaqqsu l-investiment f’diversi setturi fosthom fis-settur pubbliku, fl-edukazzjoni u fil-qasam soċjali. It-tmexxija għaqlija hija bżonnjuża mhux biss fil-livell ta’ Gvern imma f’kull entità, għaliex kull entità hi kolonna fi struttura sħiħa u mhux kolonna indipendenti minn oħra. |
Sinjuri,
Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-istrutturi fis-Servizz Pubbliku permezz ta’ tmexxija aktar professjonali u effiċjenti. It-tisħiħ fis-Servizz Pubbliku ifisser ukoll tnaqqis fil-burokrazija żejda, strutturi aktar flessibbli u streamlined, u koordinazzjoni effettiva bejn dipartimenti. U fuq kollox leaders li jagħmlu differenza fis-Servizz Pubbliku. Iċ-Ċentru għandu rwol importanti biex jiżviluppa leaders ġodda f’kull livell tal-amministrazzjoni. Għandha tkun l-aspirazzjoni ta’ kull persuna li taħdem fl-amministrazzjoni pubblika biex tkun ta’ xprun għal tibdil kontinwu. Biex isseħħ din il-viżjoni, jeħtieġ il-kontribut ta’ kull individwu, hu x’inhu l-grad, għaliex il-katina hija magħmula minn diversi ħoloq u hija b’saħħitha skont kemm huma b’saħħithom il-ħoloq differenti li jiffurmawha.
Sinjuri,
| L-investiment li qed niftħu llum huwa investiment | fl-Amministrazzjoni Pubblika u fin-nies li jaħdmu fiha. |
| Huwa | xhieda tal-impenn tal-Gvern lejn l-edukazzjoni tul il-ħajja. |
| Hu | messaġġ ċar li l-Gvern irid Servizz Pubbliku li jagħti servizz effiċjenti, tal-ogħla livell b’ħaddiema mħarrġa u professjonali. |
| Il-ħidma | tagħkom trid tissarraf f’żieda fl-effiċjenza. Illum aktar minn 70 servizz huma offruti online, għalhekk persuna tista’ tinqeda mill-kumdità ta’ darha x’ħin trid. Dan iċ-Ċentru jrid joffri taħriġ kemm biex jingħata servizz aħjar online kif ukoll wiċċ imb’wiċċ lill-klijenti tas-Servizz Pubbliku. |
| Nirringrazzja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, | lill-Kap taċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ u dawk kollha li kkollaboraw magħhom biex dan iċ-Ċentru jsir realtà. Ir-responsabbiltà tagħkom hija kbira. Għandkom l-obbligu li toffru taħriġ inklussiv u kreattiv filwaqt li tgħinu biex kull ħaddiem jużufruwixxi mill-benefiċċji li jista’ jikseb permezz tat-taħriġ offrut. Qatt ma hu tard għal ħadd biex jitgħallem, javvanza u jagħti servizz aħjar. |
| Dan | il-post u l-ħidma li ssir fih hi monument ħaj tat-twemmin u l-politika tal-Gvern li r-riċerka u t-taħriġ jiftħu l-bibien għal aktar xogħol u xogħol aħjar għall-ħaddiema. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003