Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2196
Date Icon 25/11/2010
L-Oppożizzjoni tirrepeti argumentiżbaljati li diġa ġew imwieġba u miċħuda mill-passat.
L-Oppożizzjoni illum reġgħet għażlet li tirrepetiargumenti żbaljati li diġa ġew imwieġba u miċħuda mill-passat. L-argumenti tal-Oppozizzjoni diġa ġew imwieġba u miċħuda mill-awtoritajiet f’Malta, mill-Gvern Malti u mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-fatti huma li l-WasteServ għaddiet mill-proċesskollu tal-MEPA, inkluż minn fażijiet differenti ta’ konsultazzjoni pubblika u li dan wassal biex il-faċilità li ġiet inawgurata llum għandha l-permessi kollha meħtieġa, kemm dawk tal-ippjanar kif ukoll dawk ambjentali.  Ta’ min ifakkar ukoll li anke l-Kummissjoni Ewropea ma sabet xejn irregolari f’dan il-proċess tant li f’Marzu tal-2007, il-Kummissarju tal-Ambjent ta’ dak iż-żmien Stavros Dimas kien qal: “….a lot of effort and a lot of planning are being done so that Malta could better manage its waste.  This is very important not only for Malta but also for the tourism industry.”
Apparti minn hekk, f’Ottubru 2008il-Kumitattal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma laqgħax petizzjoni li saret mill-Front Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin. Il-konkluzjoni kient taqra wkoll; ”il-Kummisjjoni tinnota li l-impjant ta’ Sant’Antnin upgraded huwa maħsub biex jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex ikabbar is-sostenibbilità ambjentali... l-iżvillupp ta’ facilità moderna ghar-riċiklagg tal-iskart huwa konformi mal-prijoritajiet tal-fondi strutturali identifikati għal-Malta”.
Il-Kummissjoni Ewropea kienet wieġbet lil Dr. JosephMuscat meta kien għadu Membru Parlamentari Ewropew u wriet li kien żbaljat fl-argumenti li kien qiegħed jagħmel dakinhar meta kien jitkellem kontra l-Immodernizzar tal-Impjant ta’ Sant’Antnin. L-Oppożizzjoni qed terġa’ tirrepeti argumenti żbaljati li ġew miċħuda.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tkompli bil-kampanjanegattiva, il-Gvern jieħu din l-okkażjoni biex jirringrazzja lil sindki u kunsillieri li dalgħodu attendew għall-inawgurazzjoni tal-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin fosthom Sindki u Kunsilliera eletti f’isem il-Partit Laburista, minkejja l-pressjoni li saritilhom biex ma jattendux.  L-istess ringrazzjament imur ukoll għar-rappreżentanti ta’ għaqdiet ambjentali u tas-soċjetà ċivili li wkoll attendew għal din l-inawgurazzjoni.
Bl-istqarrija maħruġa llum, l-Oppożizzjoni reġgħeturiet li għażlet li tkun fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja.  Hu faċli għall-Oppożizzjoni li tgħid li trid li l-Gvern jimxi fuq strateġija għall-immaniġġjar tal-iskart solidu iżda mbagħad ma tippreżentax proposta waħda waqt proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija.  Fl-istess waqt tipprova tfixkel kull inizjattiva.  L-impjant li ġie inawgurat dal-għodu skont standards Ewropej sar biex jiġi mmaniġġjat l-iskart, titjieb il-kwalità tal-arja u b’hekk titjieb is-saħħa tal-poplu.  Mill-impjant l-iskart se jinbidel f’kompost u se jibda jiġi ġġenerat l-elettriku.
L-Oppożizzjoni għażlet li terġa tirrepeti argumentili ġa ġew imwieġba pubblikament dwar il-proċess li wassal għall-permess ta’ dan l-impjant. Dan hu każ ieħor fejn l-Oppożizzjoni qed turi li m’għandhiex fiduċja fl-awtoritajiet kompetenti u tippretendi li tkun hi li tagħmilha ta’ prosekutur, ta’ imħallef u tal-ġurija.
Il-mira tal-Gvern hi li bid-deċiżjonijiet li qedjittieħdu llum inħallu effett pożittiv fuq is-soċjetà u fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies.  Ħalli għada pitgħada wliedna japprezzaw dak li nkunu wettaqna biex ħallejnilhom ambjent aħjar milli sibna aħna. Il-Gvern jawgura li l-esperjenza tad-diffikultajiet tal-proċess li wassal għall-bini tal-impjant ta’ Sant’Antnin twassal għal aktar maturità, speċjalment mill-Oppożizzjoni li bl-argumenti li reġgħet irrepetiet illum qed turi li għadha moħħha biss biex tfixkel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow