IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-KOMPETITTIVITÀ
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum jinsab fi Brussel jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għall-Kompetittività.
Fil-laqgħa tal-lum fost l-oħrajn qed jiġu diskussi dawn it-temi:
L-iżvilupp tal-kompetittività u s-sostenibbilità fiċ-ċentru ta’ politika Industrijali integrata fl-era tal-Globalizzazzjoni.
Unjoni Ewropea għall-Innovazzjoni: Kif jitħaffef il-proċess ta’ trasformazzjoni tal-Ewropa permezz ta’ innovazzjoni, f’kuntest ta’ dinja dejjem tinbidel.
Intant ilbieraħ Jason Azzopardi kellu laqgħa mad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Intrapriża. F’din il-laqgħa huwa ddiskuta l-qagħda tal-moviment koperattiv fl-Unjoni Ewropea, u l-isfidi li dan għandu quddiemu.
Is-Segretarju Parlamentari kellu ukoll serje ta’ laqgħat informattivi ma’ 5 Assoċjazzjonijiet Ewropej li jirrapreżentaw eluf ta' koperattivi fl-Ewropa. Il-laqgħat kienu intiżi biex issir konoxxenza wiegħsa tar-realtajiet tal-moviment koperattiv fuq livell Ewropew.
Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm is-Sur Lino Mintoff, Kap tas-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003