DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ TA’ SANT’ANTNIN – MARSASKALA – IL-ĦAMIS, 25 TA’ NOVEMBRU 2010
| Iċ-ċerimonja ta’ dalgħodu għandha sinifikat | partikolari. Tixhed kif inħarsu lejn l-iskart u l-ambjent tagħna; u l-avvanz li għamilna f’pajjiżna. |
| Dan | l-impjant ta’ Sant’Antnin huwa xhieda ta’ dak li rnexxielna nagħmlu bħala poplu u bħala pajjiż. |
| Xhieda | tal-bidla li kapaċi nġibu. |
| Xhieda | tal-investiment sostanzjali li għamilna f’settur li kien u għadu jippreżenta sfidi għal pajjiżna. |
| Huwa | wkoll xhieda tal-politika tal-Gvern li ma jaħrabx mill-isfidi imma bi bżulija u b’responsabbiltà, wettaqna riformi kbar għal benefiċċju ta’ pajjiżna. |
| Dan | l-investiment ta’ €27 miljun, li €17-il miljun minnhom huma fondi Ewropej, huwa biss ħolqa waħda f’katina ta’ inizjattivi li ħadna u li qed nieħdu f’dan il-qasam. Inizjattivi li qed iwaslu għal rivoluzzjoni sħiħa ta’ kif inħarsu lejn l-iskart – minn problema għal riżorsa importanti għal pajjiżna, fejn l-ambjent tagħna jiġi mħares. |
| Din | il-bidla qawwija mhux biss għixtha bħala Prim Ministru, iżda anki bħal resident li flimkien mal-familja noqgħodu faċċata ta’ dan il-bini. Mar-residenti u l-ġirien għixt id-diffikultajiet li kien hawn. |
| Fis-snin | sebgħin din iż-żona - propju ftit passi bogħod minn hawn - kienet bdiet tintuża bħala miżbla. Wara, fil-bidu tas-snin tmenin, kien sar ukoll l-Impjant tad-Dranaġġ. U kienet ittieħdet id-deċiżjoni li f’dawn l-inħawi, jibda jiġi proċessat l-iskart solidu. |
| Illum | is-sitwazzjoni inbidlet. Flok skart li jintefa’ bl-addoċċ fil-miżbla, illum qed tintuża teknoloġija moderna u skont standards ewropej biex l-iskart jinbidel f’riżorsa. Mis-sena d-dieħla d-dranaġġ kollu jibda jiġi trattat qabel jintefa’ fil-baħar. |
| Illum, | b’mod konkret qed naraw evoluzzjoni fil-proċess tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna kif ukoll bidla fil-mentalità ta’ kif inħarsu lejn l-iskart. Bidla li qed tibda fil-bankijiet tal-iskejjel tagħna permezz tal-programm eko-skola kif ukoll permezz tal-Kunsilli Lokali li huma wkoll qed jagħtu sehem importanti f’dan il-proċess. |
| L-impjant ta’ Sant’Antnin jiġbor fih u jixhed | l-aspetti kollha ta’ dan il-proċess. Proċess li jibda mid-djar tagħna u li jispiċċa hawn. Proċess li tul is-snin irrikjeda investiment qawwi f’infrastruttura moderna li mhux biss tippermetti li l-iskart jiġi trattat imma wkoll li l-iskart jinġabar b’mod isseparat. |
| Tpoġġew | mal-1,000 kontenitur ta’ Bring-In Sites madwar pajjiżna, inkluż fi skejjel. |
| Bnejna | ħames ċentri għall-iskart goff f’ħames lokalitajiet f’Malta u Għawdex. |
| Sar | inċineratur fil-Marsa. |
| Nidejna | b’suċċess l-iskema “irriċikla t-tlieta” fejn din is-sena diġà inġabar 77% aktar skart minn sena ilu. |
| Għalaqna | l-Magħtab u l-Qortin li qed jiġu rijabilitati u minflok saret engineeredlandfill fl-Għallis. |
| Dawn | l-investimenti huma kollha parti minn strateġija sħiħa ta’ inizjattivi li wassluna biex dak li sa ftit snin ilu konna narmu qisu xejn mhu xejn, illum, qiegħed jiġi trattat u sfruttat bħala riżorsa. Diġà bdejna nesportaw l-iskart tant li din is-sena diġà ġew esportati 420 container, se nkunu qed nagħmlu l-kompost u se nibdew nipproduċu l-elettriku. Dan kollu mill-iskart. |
| Mis-sena | d-dieħla se nagħtu inċentiv marbut mal-enerġija lill-familji li joqgħodu qrib l-Impjant ta’ Sant’Antnin u lin-negozji li joħolqu x-xogħol f’din iż-żona. |
| Bi skart | ittrattat li joħloq enerġija nadifa se nkunu qed intejbu l-kwalità tal-arja, għaliex l-elettriku li se nipproduċu minn hawn, se niffrankawh minn fuel. Din mhix inizjattiva f’iżolament, iżda tifforma parti minn strateġija sħiħa biex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq l-użu tal-fuel u biex intejbu l-kwalità tal-ajra u b’hekk titjieb is-saħħa tal-poplu tagħna. |
| Minbarra | t-trattament tal-iskart, ħadna inizjattivi oħra biex intejbu l-kwalità tal-arja, fosthom li: |
· ma bqajniex nużaw faħam fil-Power Station;
· għalaqna l-inċineratur l-antik tal-Isptar San Luqa;
· għamilna sistema ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi biex ninċentivaw karozzi iżgħar, aktar ġodda u li jniġġsu anqas;
· ħriġna skema biex innaqqsu l-karozzi antiki billi dawn jiġu skrappjati meta jinbidlu ma’ oħrajn ġodda;
· minn Lulju li ġej se tibda titwettaq ir-riforma fit-trasport pubbliku fejn se jintużaw karozzi aktar moderni;
· se jsir interconnector biex ma jkollniex bżonn nagħmlu turbina oħra f’Delimara, ħlief għall-estensjoni li se ssir u li se tkun skont standards Ewropej;
· għamilna skemi biex familji jixtru solar water heaters u jagħmlu pannelli fotovoltajiċi fid-djar tagħhom;
· għamilna skemi biex l-industrija, il-lukandiera u l-bdiewa jinvestu f’tagħmir biex jipproduċu l-elettriku mix-xemx;
· 67,000 metru kwadru ta’ art pubblika se jibdew jiġu wżati biex isiru pannelli fotovoltajiċi; u
· ftaħna l-ewwel skola f’Pembroke fejn l-enerġija tiġi ġenerata mix-xemx u l-elettriku.
| Qed | nissoktaw bil-ħidma tagħna biex nirrijabilitaw il-miżbliet magħluqa u b’hekk inkomplu ntejbu l-ambjent u l-kwalità tal-arja. L-ewwel pass f’dan il-proċess ta’ trasformazzjoni kien l-installazzjoni ta’ impjanti biex jittrattaw il-gassijiet li kien hemm f’dawn il-miżbliet. F’sentejn diġà ġie trattat 100 miljun metru kubu ta’ gass ħażin. Issa beda x-xogħol sabiex dawn il-miżbliet, li sa ftit snin ilu kienu muntanji u simboli tal-isfida tal-iskart, se jkunu spazji ġodda għall-familji tagħna. B’investiment ta’ kważi €30 miljun se tissokta l-politika tal-Gvern li jagħti aktar spazji miftuħa lill-familji permezz ta’ żoni ta’ rikreazzjoni f’dawk li kienu l-miżbliet ta’ Wied il-Għajn, il-Magħtab u l-Qortin. |
| Ftit | metri bogħod minn hawn kien hawn miżbla li wkoll qed tiġi rijabilitata. 85,000 metru kwadru ta’ art se jinbidlu f’park għall-familja b’investiment ta’ €7 miljun. |
| Għarafna | li l-isfida tal-iskart hi opportunità għal gżiritna. Opportunità, mhux biss biex ikollna ambjent aħjar imma emminna li kienet tippreżenta opportunità ekonomika wkoll. Is-settur privat għaraf u emmen f’dan il-potenzjal. Illum qed naraw l-espansjoni f’dik li tissejjaħ il-green economy b’aktar kumpaniji Maltin jinvestu, ikabbru l-operat tagħhom u joħolqu aktar xogħol għall-ħaddiema Barra minn hekk fil-faċilitajiet fejn jinġabar l-iskart u fejn jiġi trattat hawn jaħdmu 250 persuna. |
| L-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart għal | pajjiżna għandu jitqies f’kuntest aktar wiesa’. L-infrastruttura f’dan is-settur jagħti sostenn lill-iżvilupp ta’ industriji oħra bħal manifattura u t-turiżmu. Hekk kif dawn is-setturi jkomplu jespandu fil-futur, is-suċċess ta’ pajjiżna jiddependi fuq il-kapaċità tagħna li nkomplu nilqgħu għall-isfida tal-iskart. L-investiment f’pajjiżna ma jiddependix fuq fatturi finanzjarji u ekonomiċi biss imma wkoll fuq kemm f’pajjiżna nkunu kapaċi nittrattaw l-iskart li jiġi mill-industrija, kif isir fl-inċineratur. Mingħajr faċilità biex nittrattaw l-iskart mill-industrija konna nitilfu parti mill-kompetittività tagħna f’ċertu setturi bħal dik tal-farmaċewtika u b’hekk fabbriki kienu jħarsu lejn pajjiżi oħra u mhux lejn pajjiżna. |
Sinjuri,
| Pajjiżna | kellu sfida quddiemu. B’responsabbiltà u b’għaqal ħadna d-deċiżjonijiet u llum qegħdin hawn biex ninawguraw ħolqa importanti f’katina ta’ inizjattivi. |
| Quddiem | din l-isfida tal-iskart ma bżajniex. Hekk ukoll irridu nagħmlu quddiem sfidi oħra. Irridu ngħarfu l-opportunità li kull sfida ġġib magħha. Fejn qatt sa ftit ilu konna nimmaġinaw li mill-iskart konna se nibdew nipproduċu l-elettriku u noħolqu l-impjiegi f’dan il-qasam? Ħarisna fil-bogħod. Kellna u għandna viżjoni. Fassalna strateġija. U qed inwettquha għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. |
| B’immaniġġjar għaqli tal-iskart illum qed nagħtu lil | uliedna kwalità ta’ ambjent aħjar u noħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol fl-ambjent. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003