Left arrow Go Back

DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ TA’ SANT’ANTNIN – MARSASKALA – IL-ĦAMIS,  25 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2190
Date Icon 25/11/2010
Iċ-ċerimonja ta’ dalgħodu għandha sinifikatpartikolari.  Tixhed kif inħarsu lejn l-iskart u l-ambjent tagħna; u l-avvanz li għamilna f’pajjiżna.
Danl-impjant ta’ Sant’Antnin huwa xhieda ta’ dak li rnexxielna nagħmlu bħala poplu u bħala pajjiż.
Xhiedatal-bidla li kapaċi nġibu.
Xhiedatal-investiment sostanzjali li għamilna f’settur li kien u għadu jippreżenta sfidi għal pajjiżna.
Huwawkoll xhieda tal-politika tal-Gvern li ma jaħrabx mill-isfidi imma bi bżulija u b’responsabbiltà, wettaqna riformi kbar għal benefiċċju ta’ pajjiżna.
Danl-investiment ta’ €27 miljun, li €17-il miljun minnhom huma fondi Ewropej, huwa biss ħolqa waħda f’katina ta’ inizjattivi li ħadna u li qed nieħdu f’dan il-qasam.  Inizjattivi li qed iwaslu għal rivoluzzjoni sħiħa ta’ kif inħarsu lejn l-iskart – minn problema għal riżorsa importanti għal pajjiżna, fejn l-ambjent tagħna jiġi mħares.
Dinil-bidla qawwija mhux biss għixtha bħala Prim Ministru, iżda anki bħal resident li flimkien mal-familja noqgħodu faċċata ta’ dan il-bini.  Mar-residenti u l-ġirien għixt id-diffikultajiet li kien hawn.
Fis-sninsebgħin din iż-żona - propju ftit passi bogħod minn hawn - kienet bdiet tintuża bħala miżbla.  Wara, fil-bidu tas-snin tmenin, kien sar ukoll l-Impjant tad-Dranaġġ.  U kienet ittieħdet id-deċiżjoni li f’dawn l-inħawi, jibda jiġi proċessat l-iskart solidu.
Illumis-sitwazzjoni inbidlet.  Flok skart li jintefa’ bl-addoċċ fil-miżbla, illum qed tintuża teknoloġija moderna u skont standards ewropej biex l-iskart jinbidel f’riżorsa.  Mis-sena d-dieħla d-dranaġġ kollu jibda jiġi trattat qabel jintefa’ fil-baħar.
Illum,b’mod konkret qed naraw evoluzzjoni fil-proċess tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna kif ukoll bidla fil-mentalità ta’ kif inħarsu lejn l-iskart.  Bidla li qed tibda fil-bankijiet tal-iskejjel tagħna permezz tal-programm eko-skola kif ukoll permezz tal-Kunsilli Lokali li huma wkoll qed jagħtu sehem importanti f’dan il-proċess.
L-impjant ta’ Sant’Antnin jiġbor fih u jixhedl-aspetti kollha ta’ dan il-proċess.  Proċess li jibda mid-djar tagħna u li jispiċċa hawn.  Proċess li tul is-snin irrikjeda investiment qawwi f’infrastruttura moderna li mhux biss tippermetti li l-iskart jiġi trattat imma wkoll li l-iskart jinġabar b’mod isseparat.
Tpoġġewmal-1,000 kontenitur ta’ Bring-In Sites madwar pajjiżna, inkluż fi skejjel.
Bnejnaħames ċentri għall-iskart goff f’ħames lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Sarinċineratur fil-Marsa.
Nidejnab’suċċess l-iskema “irriċikla t-tlieta” fejn din is-sena diġà inġabar 77% aktar skart minn sena ilu.
Għalaqnal-Magħtab u l-Qortin li qed jiġu rijabilitati u minflok saret engineeredlandfill fl-Għallis.
Dawnl-investimenti huma kollha parti minn strateġija sħiħa ta’ inizjattivi li wassluna biex dak li sa ftit snin ilu konna narmu qisu xejn mhu xejn, illum, qiegħed jiġi trattat u sfruttat bħala riżorsa.  Diġà bdejna nesportaw l-iskart tant li din is-sena diġà ġew esportati 420 container, se nkunu qed nagħmlu l-kompost u se nibdew nipproduċu l-elettriku.  Dan kollu mill-iskart.
Mis-senad-dieħla se nagħtu inċentiv marbut mal-enerġija lill-familji li joqgħodu qrib l-Impjant ta’ Sant’Antnin u lin-negozji li joħolqu x-xogħol f’din iż-żona.
Bi skartittrattat li joħloq enerġija nadifa se nkunu qed intejbu l-kwalità tal-arja, għaliex l-elettriku li se nipproduċu minn hawn, se niffrankawh minn fuel.  Din mhix inizjattiva f’iżolament, iżda tifforma parti minn strateġija sħiħa biex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq l-użu tal-fuel u biex intejbu l-kwalità tal-ajra u b’hekk titjieb is-saħħa tal-poplu tagħna.
Minbarrat-trattament tal-iskart, ħadna inizjattivi oħra biex intejbu l-kwalità tal-arja, fosthom li:

·           ma bqajniex nużaw faħam fil-Power Station;

·           għalaqna l-inċineratur l-antik tal-Isptar San Luqa;

·           għamilna sistema ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi biex ninċentivaw karozzi iżgħar, aktar ġodda u li jniġġsu anqas;

·           ħriġna skema biex innaqqsu l-karozzi antiki billi dawn jiġu skrappjati meta jinbidlu ma’ oħrajn ġodda;

·           minn Lulju li ġej se tibda titwettaq ir-riforma fit-trasport pubbliku fejn se jintużaw karozzi aktar moderni;

·           se jsir interconnector biex ma jkollniex bżonn nagħmlu turbina oħra f’Delimara, ħlief għall-estensjoni li se ssir u li se tkun skont standards Ewropej;

·           għamilna skemi biex familji jixtru solar water heaters u jagħmlu pannelli fotovoltajiċi fid-djar tagħhom;

·           għamilna skemi biex l-industrija, il-lukandiera u l-bdiewa jinvestu f’tagħmir biex jipproduċu l-elettriku mix-xemx;

·           67,000 metru kwadru ta’ art pubblika se jibdew jiġu wżati biex isiru pannelli fotovoltajiċi; u

·           ftaħna l-ewwel skola f’Pembroke fejn l-enerġija tiġi ġenerata mix-xemx u l-elettriku.

Qednissoktaw bil-ħidma tagħna biex nirrijabilitaw il-miżbliet magħluqa u b’hekk inkomplu ntejbu l-ambjent u l-kwalità tal-arja.  L-ewwel pass f’dan il-proċess ta’ trasformazzjoni kien l-installazzjoni ta’ impjanti biex jittrattaw il-gassijiet li kien hemm f’dawn il-miżbliet.  F’sentejn diġà ġie trattat 100 miljun metru kubu ta’ gass ħażin.  Issa beda x-xogħol sabiex dawn il-miżbliet, li sa ftit snin ilu kienu muntanji u simboli tal-isfida tal-iskart, se jkunu spazji ġodda għall-familji tagħna.  B’investiment ta’ kważi €30 miljun se tissokta l-politika tal-Gvern li jagħti aktar spazji miftuħa lill-familji permezz ta’ żoni ta’ rikreazzjoni f’dawk li kienu l-miżbliet ta’ Wied il-Għajn, il-Magħtab u l-Qortin.
Ftitmetri bogħod minn hawn kien hawn miżbla li wkoll qed tiġi rijabilitata.   85,000 metru kwadru ta’ art se jinbidlu f’park għall-familja b’investiment ta’ €7 miljun.
Għarafnali l-isfida tal-iskart hi opportunità għal gżiritna.  Opportunità, mhux biss biex ikollna ambjent aħjar imma emminna li kienet tippreżenta opportunità ekonomika wkoll.  Is-settur privat għaraf u emmen f’dan il-potenzjal.  Illum qed naraw l-espansjoni f’dik li tissejjaħ il-green economy b’aktar kumpaniji Maltin jinvestu, ikabbru l-operat tagħhom u joħolqu aktar xogħol għall-ħaddiema  Barra minn hekk fil-faċilitajiet fejn jinġabar l-iskart u fejn jiġi trattat hawn jaħdmu 250 persuna.
L-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart għalpajjiżna għandu jitqies f’kuntest aktar wiesa’.  L-infrastruttura f’dan is-settur jagħti sostenn lill-iżvilupp ta’ industriji oħra bħal manifattura u t-turiżmu.  Hekk kif dawn is-setturi jkomplu jespandu fil-futur, is-suċċess ta’ pajjiżna jiddependi fuq il-kapaċità tagħna li nkomplu nilqgħu għall-isfida tal-iskart.  L-investiment f’pajjiżna ma jiddependix fuq fatturi finanzjarji u ekonomiċi biss imma wkoll fuq kemm f’pajjiżna nkunu kapaċi nittrattaw l-iskart li jiġi mill-industrija, kif isir fl-inċineratur.  Mingħajr faċilità biex nittrattaw l-iskart mill-industrija konna nitilfu parti mill-kompetittività tagħna f’ċertu setturi bħal dik tal-farmaċewtika u b’hekk fabbriki kienu jħarsu lejn pajjiżi oħra u mhux lejn pajjiżna.

Sinjuri,

Pajjiżnakellu sfida quddiemu.  B’responsabbiltà u b’għaqal ħadna d-deċiżjonijiet u llum qegħdin hawn biex ninawguraw ħolqa importanti f’katina ta’ inizjattivi.
Quddiemdin l-isfida tal-iskart ma bżajniex.  Hekk ukoll irridu nagħmlu quddiem sfidi oħra.  Irridu ngħarfu l-opportunità li kull sfida ġġib magħha.  Fejn qatt sa ftit ilu konna nimmaġinaw li mill-iskart konna se nibdew nipproduċu l-elettriku u noħolqu l-impjiegi f’dan il-qasam?  Ħarisna fil-bogħod.  Kellna u għandna viżjoni.  Fassalna strateġija.  U qed inwettquha għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
B’immaniġġjar għaqli tal-iskart illum qed nagħtu liluliedna kwalità ta’ ambjent aħjar u noħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol fl-ambjent.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow