Il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat iċċelebrat f’Għawdex
pr2189
25/11/2010
| Bejn | nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru u l-Erbgħa l-1 ta’ Diċembru, Għawdex se jkun qed jiċċelebra l-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat li ta’ kull sena jiġi mfakkar fil-5 ta’ Diċembru. L-attività GIVE li hija organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin, se tkun qed tiġi mtellgħa wkoll fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea li s-sena 2011 se tkun is-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat. |
| Dan | tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex, fejn ingħataw id-dettalji tal-attivitajiet li se jkunu għaddejjin fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li ġejja. |
| Is-Sur | Anthony Borg, Kap tas-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex indirizza din il-konferenza f’isem il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono. Is-Sur Borg qal li l-GIVE (Gozo International Voluntary Event) huwa avveniment li jirrispetta l-potenzjal imprezzabli tal-qasam tal-volontarjat f’Għawdex, liema qasam kiber matul iż-żmien u kkontribwixxa fl-iżvilupp kulturali u filantropiku ta’ Għawdex. Huwa qal li waħda mill-ewwel inizjattivi fil-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex kienet il-ħolqien ta’ Ċentru għall-NGOs, minn fejn setgħet tiġi koordinata ħidma li permezz tagħha ġie msaħħaħ il-qasam tal-volontarjat fil-gżira. |
| Il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jikkollabora | f’dan il-programm ta’ attivitajiet, li fih se jipparteċipaw madwar 30 għaqda mhux governattiva. Uħud minnhom se jkunu qed joffru taħlita ta’ mużika, kant, żfin, kompetizzjonijiet kif ukoll informazzjoni dwar dak li jwettqu l-għaqdiet rispettivi fil-qasam tal-volontarjat f’Għawdex. Il-preżenza ta’ sitt ambaxxati barranin f’Malta ser tkun awgurju tajjeb għas-suċċess ta’ din l-attività. Il-programm li ġie mħejji minn Dr Raymond Xerri viċi president tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-NGOs f’Għawdex se jkun qed ifakkar b’mod aktar parteċipattiv il-Jum Initernazzjonali tal-Volontarjat. |
| Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir nhar il-Ħadd 28 ta’ | Novembru 2010 fl-10 ta’ filgħodu, bi programm varjat li jiġi fi tmiemu għal ħabta tas-7 ta’ filgħaxija. Il-pubbliku Malti u Għawdxi huwa mistieden li jattendi dawn l-attivitajiet il-Ħadd bejn l-10 a.m. u s-7 p.m., it-Tnejn u t-Tlieta bejn id-9 a.m. u s-7 p.m. u l-Erbgħa bejn id-9 a.m. u s-1 p.m. Għal din l-okkażjoni qed jiġi mniedi wkoll il-logo tal-G.I.V.E. li juri żewġ idejn li jirrappreżentaw l-NGOs Għawdxin b’bandiera ta’ Għawdex fl-isfond. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003