Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ MILL-MINISTRU DOLORES CRISTINA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI KONTRA L-VJOLENZA DOMESTIKA: IL-VJOLENZA DOMESTIKA M’HIX TOLLERATA

pr2187
Date Icon 25/11/2010
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontral-Vjolenza Domestika, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, issellem lill-vittmi tal-vjolenza domestika f’pajjiżna, tesprimi solidarjeta’ sħiħa magħhom u ġġedded l-impenn tal-Gvern li jibqa’ joffri servizzi ta’ appoġġ lil dawn il-vittmi biex jgħinhom joħorġu minn dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli, filwaqt li tikkundanna kull forma ta’ vjolenza domestika li ma tista’ qatt tkun tollerata.
Is-soċjetà kollha kemm hi għandha tiġġieled dinil-pjaga soċjali li qed tpoġġi numru ta’ persuni u uliedhom fi tbagħtija u tneżżagħhom mid-dinjita’ li tixraq lil kull persuna. Il-pajjiż għandu diversi strutturi li jaħdmu biex iqajjmu kuxjenza pubblika kontra dan l-abbuż u oħrajn li joffru appoġġ u sostenn lil min isib ruħu f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika tieħudiversi inizjattivi f’dan ir-rigward mhux biss permezz ta’ kampanji ta’ għarfien dwar dan il-fenomenu imma wkoll billi tħarreġ professjonisti minn dixxiplini differenti u ssaħħaħ is-servizzi li jingħataw lill-vittmi.  L-Aġenzija Appoġġ u għaqdiet volonarji oħra wkoll joffru servizzi, fosthom l-emergency shelter u servizzi oħra.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja,tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tħeġġeġ lil dawk kollha li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet fejn ikunu qed isofru vjolenza domestika biex jagħmlu kuraġġ u ma jċedux għal din l-aggressjoni u minflok ifittxu s-servizzi ta’ appoġġ li l-pajjiż, il-Knisja u għaqdiet volontarji oħra li joffru għajnuna f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Min-naħal-oħra l-Ministru tixtieq tirringrazzja lill-ħaddiema u l-professjonisti kollha li jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika kif ukoll lill-amministraturi u l-impjegati fid-Djar Residenzjali li joffru kenn u servizzi oħra lil dawn il-vittmi u jgħinuhom biex jibnu ħajjithom mill-ġdid u jintegraw lura fis-soċjetà.
Il-Ministru Cristina ġeddedt l-impenn tal-Gvern liflimkien mas-soċjetà ċivili jibqa’ jiġġieled dawn l-abbużi u joffri sostenn u appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza domestika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow