ATTAKK VANDALU IEĦOR FUQ IL-LIBRERIJA TA’ SKOLA FIL-ĦAMRUN
pr2184
24/11/2010
| Il-Ministeru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jikkundanna bil-qawwa kollha l-att vandalu li seħħ matul il-lejl li għadda meta għat-tieni darba fi żmien ġimgħa, persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu u taw in-nar, din id-darba fil-librerija tal-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun. |
| Din id-darba min | wettaq dan l-att vandalu daħal fil-librerija tal-iskola fejn f’dawn il-ġranet kienet qed issir Fiera tal-Kotba, xerred likwidu li jaqbad fuq il-kotba u tahom in-nar. Fost il-kotba li ngħataw in-nar kien hemm volumi tal-Enċiklopedija Brittanika li tniżżlu apposta minn fuq l-ixkaffar fejn kienu, biex inħarqu. Barra minn dan, il-persuna responsabbli ħarqet ukoll kompjuter li kien hemm fl-istess librerija. |
| Matul il-ġurnata tat-Tlieta, | uffiċjali minn l-iSchool Library Services tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, lestew il-katalogar tal-kotba f’din il-libererija li issa ddaħlet fis-sistema li permezz tagħha l-libereriji kollha fl-iskejjel tal-Gvern huma kollegati flimkien biex l-istudenti kollha jkunu jistgħu jaċċessawhom anke minn skejjel differenti. |
| Bin-nar induna | impjegat tal-iskola li jidħol kmieni qabel jibdew jaslu t-tfal u sejjaħ lill-Pulizija li waslu fil-post ftit tal-ħin wara flimkien mal-pumpieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Il-Maġistrat tal-Għassa, Audrey Demicoli qabbdet numru ta’ esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li qed issir dwar il-każ. |
| Il-Ministru Dolores | Cristina filwaqt li esprimiet il-kundanna tagħha għal dan l-att vandalu, appellat lil pubblikaturi u studenti li kienu jattendu din l-iskola – il-Liċeo – biex jagħmlu donazzjonijiet ta’ kotba biex il-librerija ta’ din l-iskola tkun tista’ tiġi attrezzata mill-ġdid u tibqa’ tagħti servizz lill-istudenti li jattendu fiha. Il-Ministru Cristina esprimiet is-solidarjeta’ tagħha mal-għalliema, ħaddiema u studenti ta’ din l-iskola. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003