Left arrow Go Back

TITNIEDA SKEMA TA’ FINANZJAMENT GĦAL PROĠETTI MARBUTA MA’ EKO-GĦAWDEX MWETTQA MINN KUNSILLI LOKALI U KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦAWDXIN

pr2183
Date Icon 24/11/2010
Il-Ministeru għalGħawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-programm eko-Għawdex, mwettqa mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin, b’allokazzjoni ta’ €1.2 miljun. Permezz ta’ din l-iskema, kull Kunsill Lokali u Kumitat Amministrattiv f’Għawdex, jista’ jibbenefika minn kontribuzzjoni ta’ 95% tan-nefqa totali sa massimu ta’ €70,000, għal proġetti li jitwettqu bil-għan li l-lokalitajiet f’Għawdex isiru aktar sostenibbli.
Din l-iskema tħabbretmill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex u li għaliha attendew għadd ta’ Sindki, Kunsilliera u Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin.
L-Onor. GiovannaDebono qalet li permezz ta’ din l-iskema, il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jwettaq iktar inizjattivi marbuta mal-proposti elenkati fid-dokument Eko-Għawdex: Pjan ta’ Azzjoni 2010-2012, liema proposti ġew individwati bħala dawk li għandhom jitwettqu fix-short term permezz tal-fondi allokati għal Eko-Għawdex sal-2012. Il-Ministru Giovanna Debono stiednet lill-Kunsilli Lokali kollha Għawdxin biex jindividwaw proġetti li jistgħu jitwettqu fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom u li huma konformi mal-kriterji ta’ dawk il-proposti elenkati fl-istess pjan ta’ azzjoni. Żiedet tgħid li l-proġetti u l-inizjattivi kkunsidrati ser ikunu dawk li verament jagħmlu differenza fil-lokalitajiet u li jkunu ta’ benefiċċju għar-residenti. Il-Ministru Debono ħeġġet ukoll li Kunsilli Lokali differenti jingħaqdu flimkien biex iwettqu proġetti bejniethom.
L-applikazzjonijietbil-proposti għal proġetti taħt din l-iskema ser jintlaqgħu sal-Ħamis 23 ta’ Diċembru 2010. Fil-proposta, l-applikanti jridu jispjegaw kif il-proġett ser ikun ta’ benefiċċju għal Għawdex u s-soċjetà Għawdxija fit-tul. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet li ser ikollha impatt importanti fuq id-deċiżjoni tal-kumitat li ser ikun qed jevalwa l-applikazzjonijiet.
Il-proġetti li serikunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema ser jitħabbru sa Jannar 2011, u għandhom jiġu implimentati sa Novembru 2011.

Iktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.ecogozo.com jew mid-Dipartiment għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fuq 22156312.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow