Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, F’GĦELUQ L-EWWEL ANNIVERSARJU MILL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU NAZZJONALI TAL-BREAST SCREENING– VALLETTA – L-ERBGĦA 24 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2182
Date Icon 24/11/2010
Kważi 70% tan-nisajagħmlu l-Breast Screening
Huwa unur kbir tiegħili llum, fil-preżenza tas-Sinjura Gonzi, qed niltaqgħu fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening biex nagħmlu l-“quċċija”, jiġifieri niċċelebraw l-ewwel sena ta’ settur tas-saħħa li f’sena biss irnexxielu jagħmel dak li kien pjanat li jsir fi 3 snin!
Mill-aħħar statistikali ħareġ dan iċ-ċentru jidher li kważi sebgħin fil-mija (68.8%) tan-nisa li għandhom bejn il-50 u 60 sena u li ġew mistiedna biex jagħmlu Breast Screening f’dan iċ-ċentru, aċċettaw l-istedina. Is-suċċess ta’ din iċ-ċifra mhux biss għax il-figura ntlaħqet fi żmien daqshekk qasir imma għaliex dan sar bl-użu ta’ mammography machine waħda. Fil-fatt bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara t-tieni magna. Naturalment, dan ifisser ukoll li se jitħarrġu aktar nisa f’dan il-qasam sabiex ikun jista’ jitwessa’ u jikber aktar dan is-servizz.
Dan ifisser lifil-fatt li sebat elef u sitta u sebgħin (7,076) mara ġew għamlu mammogram b’xejn f’dan iċ-ċentru sabieħ li fetaħ il-bibien tiegħu sena ilu biss (fis-7 t’Ottubru 2009). Minn dawn in-nisa, sitt mija u seba u tmenin (687) mara ġew imsejħa jerġgħu jiġu t-tieni darba għal aktar investigazzjoni, jiġifieri tnax punt erbgħa fil-mija (12.4%).
Minn dawn in-nisakollha, ħamsa u erbgħin (45) instabilhom kanċer fi stadju bikri ħafna bil-possibiltà kbira li wara li l-multi-disciplinary team tal-Isptar Mater Dei jixtarr sew il-każ, tingħata l-kura fl-istess sptar jew fl-Isptar Boffa u, mhux tiġi salvata l-ħajja ta’ dawn in-nisa, imma jkunu jistgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità tajba fit-tul, fid-dgawdija tal-familja tagħhom.
Illum nixtieqinħabbar li b’kollaborazzjoni bejn timijiet mediċi mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità u l-Ministeru għal Għawdex, beda jsir ukoll l-iscreening f’Għawdex. Dan is-servizz se jkun qed joffri għażla importanti lin-nisa li jgħixu fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta li jew jagħmlu check up f’Għawdex jew inkella f’Malta. Dan is-servizz jifforma parti importanti ħafna mill-istrateġija tal-Breast Screening kif rakkomandati mill-linji gwida tal-Unjoni Ewropea.
Is-servizz beda l-ġimgħali għaddiet fuq numru żgħir ta’ ħmistax-il mara residenti f’Għawdex li sarilhom screening b’suċċess mit-tim mediku li kien jinkludi radjografi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex stess. Dan is-servizz huwa tal-ogħla kwalità u standards bħal dak ta’ Malta, jinkludi sistema ta’ IT żviluppata minn kumpanija Maltija u sistema ta’ double reporting sabiex ma jkunx hemm dubju fuq ir-riżultat. Bħal f’Malta, is-servizz f’Għawdex joffri l-possibbiltà li t-tobba tal-familja indikati mill-pazjenti, jirċievu r-riżultat tal-mammogram b’mod elettroniku, sabiex dawn in-nisa jkomplu jserrħu rashom fuq dak li jkun qed jingħata lilhom mit-tim tal-Breast Screening.
La semmejt it-tobbatal-familja nixtieq insemmi li hemm kollaborazzjoni b’saħħitha ħafna bejn iċ-ċentru tal-Breast Screening u t-tobba tal-familja. Fuq bażi regolari, kull mara li tixtieq l-opinjoni jew il-gwida tat-tabib tal-familja fuq dak li jkun ħareġ mir-riżultat tal-iscreening, dan isir b’mod elettroniku. Il-klijenti jindikaw l-isem tat-tabib tal-familja u ċ-ċentru jibgħat l-informazzjoni kollha lil dawk it-tobba indikati. Importanti li nkunu ċari li dan isir biss fuq istruzzjonijiet tal-klijenti jew pazjenti taċ-ċentru biex dejjem tiġi rispettata l-privatezza tagħhom. Iktar minn disgħin fil-mija (90%) tal-pazjenti jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Jiena sodisfattimmens li l-appelli tagħna qed iwasslu sabiex aktar nisa jilqgħu l-istedina tagħna.
Nirringrazzjalis-Sinjura Gonzi li onoratna bil-preżenza tagħha llum.
Ħajr kbir lit-timtaċ-ċentru taħt it-tmexxija ta’ Mr Joe Psaila u Dr Nadine Delicata. Jiena infurmat li mhux biss jimxu bi ħlewwa kbira u professjonalità mal-klijenti kollha ta’ dan iċ-Ċentru, imma spiss huma stess jagħmlu appelli fuq programmi tar-radju u t-televiżjoni, filwaqt li jedukaw permezz ta’ taħdidiet u diskussjonijiet fuq il-meżżi kollha tax-xandir. Naf li qed issir kampanja publiċitarja b’saħħitha ferm bħalissa u jidher li din il-kampanja qed tħalli l-frott għax il-konkorrenza żdiedet.
Ringrazzjamentspeċjali jmur ukoll liż-żewġ organizzazzjonijiet volontarji li qed jaħdmu bla heda f’dan il-qasam – il-lobbying group Action For Breast Cancer Foundation u l-Breast Care Support Group.
Grazzi tmur ukolllill-media li jagħtuna daqqa t’id sew f’dan il-qasam. F’isem in-nisa kollha u l-familji tagħhom – GRAZZI MINN QALBI.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow