STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr2181
23/11/2010
| Ikkundannat att vandalu fuq | il-promenade ta’ Marsaxlokk. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali jikkundanna bil-qawwa kollha att vandalu li sar fuq il-promenade il-ġdid ta’ Marsaxlokk. Aktar kmieni dalgħodu f’parti mill-promenade kien innutat ammont ta’ żejt mitfugħ. |
| Immedjatament ħaddiema | mid-Dipartiment tal-Indafa Publika marru fuq il-post u intervjenew sabiex tkun iminimanizatta kemm jista’ jkun il-ħsara li saret fuq il-promenade. |
| Huwa ta’ għajb li persuni | irresponsabbli wettqu dan l-att vandalu fuq dan il-post pittoresk. Ix-xogħlijiet fuq dan il-promenade tlestew din is-sena b’investiment tal-Gvern ta’ €2 miljun. Hija ħasra dan ix-xogħol safa vvandalizat b’detriment ghall-komunità ta’ Marsaxlokk u dawk kollha li jżuru dan il-villaġġ turistiku. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003